


Playing Fields
Il-partit laburista jaghmel riferenza ghall-istqarrija li saret fl-14 ta’ Dicembru li ghadda li permezz taghha sar appell sabiex postijiet frekwentati mit-tfal ikunu iktar siguri.
Din l-istqarrija qed issir fid-dawl tal-fatt li f’pajjizna ghandna playing fields li jinsabu fi stat dilapidat u ohrajn li huma perikoluzi. Mhux l-ewwel darba li sehhew minhabba nuqqasijiet u minhabba strutturi mhux siguri jew adegwati ghat-tfal u allura hemm il-htiega mminenti sabiex dawn il-postijiet jigu mghammra b’mod adegwat. Dan kien ukoll mertu ta’ thassib tal-kummissarju tat-tfal precedenti Carmen Zammit u ukoll kien item inkluz fir-rapport annwali taghha.
F’pajjizna fejn ghandna awtorita` kompetenti biex jinzammu l-istandards in-partikolari standards fir-rigward ambjenti frekwentati mit-tfal, ghandha tkun priorita` biex kull post kemm ta’ rikkreazzjoni u kull post iehor li fih imorru jew jingabru t-tfal ikun sigur u mghammar b’mod adegwat biex jigu evitati incidenti u dizgrazzji.
Ghaldaqstant il-Partit Laburista ittenni l-htiega li l-awtoritajiet f’pajjizna jkunu proattivi biex jigu ndirizzati dawn il-perikoli a beneficcju tat-tfal taghna li ghandhom kull dritt li jiddevertu f’ambjent neqsin minn perikoli.
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’