


Il-vot tal-Gvern ta' Lawrence Gonzi kontra l-estensjoni tal-Maternity leave
Fid-dawl tal-vot tas-Segretarju Parlamentari Chris Said ghan-nom tal-Gvern kontra l-estenzjoni tal-leave tal-maternita`u tal-paternita`, il-Partit Laburista jesprimi d-dizappunt tieghu ghal dan kollu. Din kienet turija cara ta' kemm il-Gvern ta' Gonzi ma jimpurtahx mill-familji taghna u ma jimpurtahx la mis-sahha tan-nisa u inqas u inqas mil-valuri tal-familji li jinbtu appuntu fl-ewwel gimghat tal-migja ta' tarbija fil-familja taghha.
Dan il-vot huwa wkoll manifestazzjoni cara ta' l-ipokrezija tal-Gvern ta' Lawrence Gonzi fejn fil-kliem jghid li jghozz il-familja, irid jinkoragixxi l-partecipazzjoni tal-mara fis-suq tax-xoghol u kif ukoll jippriedka fuq il-mizuri favur il-familja imma pero`meta gie ghall-fatti kixef wiccu u mar ivvota kontra mizura tant importanti li kienet ser issarraf ta' gid mhux biss ghall-ommijiet imma wkoll fuq bazi fit-tul ta' gid ghas-socjeta`u ghall-pajjiz in generali.
L-effetti posittivi ta' dawn il-mizuri gew ukoll dettaljatament studjati u pruvati fir-rapport li hejja l-MEP Profs Edward Scicluna.
Il-Partit Laburista ghalhekk itenni li bil-vot ta' l-Onorevoli Chris Said, il-Gvern ghal darb ‘ohra hadem kontra l-gid tal-familji taghna u ghalhekk kellna konferma ohra ta’ kemm il-Gvern ta' Lawrence Gonzi huwa l-ikbar ghadu tal-familji taghna.
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’