Il-kwistjoni ta’ l-estenzjoni tal-leave tal-maternita` u tal-paternita.

(03-08-11)

Fil-kwistjoni ta’ l-estenzjoni tal-leave tal-maternita` u tal-paternita’, il-Gvern qed jipprova jqarraq meta issa Chris Said ghan-nom tal-istess Gvern qed jghid li huwa favur din l-estenzjoni u dan meta mhux minnu.

Li kieku l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kien favur din l-estenzjoni, dan  kien jurih bil-fatti billi fil-forum fejn qed isiru d-diskussjonijiet kien jivvota favur din il-mizura tant importanti. Il-Gvern pero` ripetutament f’kull okkazzjoni dejjem esprima ruhhu kontra din l-estenzjoni u allura kull darba u f’kull stadju xekkel il-process ta’ din il-proposta.

Ta’ min iffakkar li kien proprju Gvern Laburista li kien dahhal dan il-leave f’pajjizna u allura kien prekursur f’dan il-qasam. Bhala partit ukoll ghamilna studju fejn gie stabbilit li l-estenzjoni tal-maternity leave iggib hafna beneficcji u vantaggi specjalment fuq medda twila ta’ zmien u allura ghandna nharsu lejn dawn il-mizuri bhala investiment fin-nisa taghna kif ukoll fil-familji taghna.

Hija haga tal-misthija li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi qed jilghab bid-diskors fuq materja sensittiva bhal din u jekk allura huwa minnu li l-Gvern issa qed jghid li jaqbel ma din il-proposta, il-Partit laburista jistiednu jiehu l-azzjoni opportuna sabiex  din l-estenzjoni tidhol fis-sehh.
Bhala partit progressiv inharsu l-quddiem lejn it-twettiq ta’ din il-proposta u nheggu lil Gvern sabiex jasal f’soluzzjoni vijabbli kemm jista jkun malajr a beneficcju tal-haddiema nisa taghna u tal-familji taghna.


Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’

© 2011 - Justyne Caruana