


Kumment insensittiv ta' Lawrence Gonzi
Il-Partit Laburista jiddeplora dak li qal l-Prim Ministru fuq il-mezzi tax-xandir tieghu li r–reduced hours mhumiex dritt.
Dan il-kumment huwa insensittiv hafna u juri n-nuqqas ta’ serjeta` u mpenn favur il-familja.
Dan qed jinghad fil-kuntest tal-htiega ta’ family friendly measures biex jintlahaq il-bilanc mehtieg bejn ix-xoghol u l-familja biex il-familji taghna jkunu jistghu jghixu hajja iktar kwalittativa kemm fuq livell materjali u iktar u iktar fuq livell affettiv u emozzjonali.
Il-kumment tal-Prim Ministru Gonzi huwa konferma li l-family friendly measures li tant jghajjat bihom il-Gvern fir-realta` huma biss mizuri fuq il-karta u fi kliem il-Prim Ministru stess - ma humiex drittijiet.
Kliem il-Prim Ministru huwa prova cara ta’ kemm il-gvern tieghu ma ghandu ebda vizzjoni u inqas u inqas ghandu mpenn biex iktar ommijiet ikunu jistghu ikomplu jahdmu.
Dan ikompli juri kemm ghandna Prim Ministru li qed imexxi Gvern li ma huwiex family oriented u li huwa l-ikbar ghadu tal-familji taghna.
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’