


Jum il-Familja
Fl-okkazzjoni tal-jum tal-familja, il-Partit Laburista jtenni l-impenn tieghu favur il-familja u l-valur tal-familja.
Fil-kuntest tad-dibattiti kontemporanji li ghaddejjin dwar il-familja, nawgura li l-familja tibqa tinghata l-attenzjoni li jixirqilha anke wara li jispicca l-process kollu konness mar-referendum konsultattiv dwar id-divorzju. Il-familja ghandha tkun fuq l-agenda nazzjonali matul is-sena kollha u bhala partit, il-familja qieghda fuq nett tal-agenda taghna.
Il-politika tal-Partit Laburista dwar il-familja hija essenzjalment politika li tirrikonoxxi l-importanza tal-familja u l-bzonnijiet ta’ kull membru tal-familja.
- Hija politika bbazata fuq ix-xoghol u fuq dak kollu li jippermetti lill-familji taghna jghixu hajja ta’ kwalita tajba.
- Hija politika li tiffavorixxi l-holqien tal-familja u l-istabbilita’ tal-familja billi tghin u tinkoraggixxi liz-zghazagh taghhna jidhlu ghall-impenn tal-familja.
- Hija politika li temmen li n-nisa ghandhom jigi mghejuna sabiex ikollhom it-tfal u jkollhom kull ghajnuna fit-trobbija tat-tfal u ghalhekk iva nemmnu li b’mod konkret irid ikun hemm iktar impenn favur il-familji taghna anke permezz ta’ l-edukazzjoni dwar ir-relazzjonijiet u dwar l-impenn li tirrekjedi l-familja u l-hiliet mehtiega biex l-isfidi li timponi s-socjeta u l-hajja kontemporanja jigu mgheluba.
- Hija politika li tindirizza l-bzonnijiet tat-tfal u tissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal.
- Hija politika li hija msejsa fuq is-soliderjeta` intergenerazzjonali biex l-anzjani taghna jkollhom id-dinjita` taghom imharrsa.
- Hija politika li tqis u tghozz lil kull membru tal-familja li ghandu l-htiegijiet taghha jew tieghu.
Familja b’sahhitha fl-iktar sens wiesgha tfisser socjeta` b’sahhitha. Investiment fil-politika tal-familja huwa investiment fil-pajjiz.
Hija hasra li l-Gvern mhux qed jindirizza l-htiega ta’ politika tal-familja holistika u li ma huwiex “family orientated”, anzi huwa l-ikbar ghadu tal-familji.
Filwaqt li l-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari taw zieda lilhom infushom ta’ €500 fil-gimgha, u b’hekk jistghu jghixu hajja komda, il-familji taghna jinsabu mifnijin b’pizijiet li ma jifilhux igorru.
Dan huwa l-ikbar ezempju tan-nuqqas ta’ mpenn tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi favur il-familja u nuqqas ta’ sensitivita` ghall-bzonnijiet tal-familji taghna.
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’