Il-Jum Internazzjonali ddedikat lit-tfal.  

(19-11-11)

Fl-okkazzjoni tal-Jum internazzjonali ddedikat lit-tfal, tajjeb li nieqfu ftit u nirriflettu dwar it-tbaghtija li tezisti fost it-tfal u kif kull wahda u wiehed minna nistghu intejbu l-qaghda ta’ dawn it-tfal.  

Bhala Partit Laburista, it-tfal huma fil-qalb u fic-centru tal-politika u hidma taghna u allura qed niehdu lit-tfal bhala l-kejl ta’ kull politika li nfasslu. Illum nafu li t-tfal f’pajjizna huma l-iktar vulnerabbli u li kwazi wiehed u ghoxrin fil-mija tat-tfal f’pajjizna qed jghixu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar.  

Meta nitkellmu fuq faqar, dan ghandu aspetti differenti u jinkludi kemm dak materjali imma wkoll dak emozzjonali. Bla dubju ta’ xejn, il-faqar ixekkel lit-tfal fl-izvilupp fiziku, psikologiku u emozzjonali u allura jaqghu lura mill-bqija sakemm eventwalment jispiccaw eskluzi anke socjalment.  

Din is-sena il-Gvern ghadu kemm nieda l-politika nazzjonali tat-tfal li minkejja huwa dokument interessanti hafna u qed jidentifika oqsma differenti li jimmeritaw attenzjoni u hidma ffukata u intensiva, ma jghid xejn dwar kif dan ser jitwettaq. Allura ma nafux jekk il-Gvern ghandux ukoll pjan ta’ azzjoni biex dan id-dokument mirqum jitwettaq u jintlahqu l-ghajnijiet tieghu. Peress li din il-politika ghadha kemm giet ippubblikata u allura ghadu ftit prematur li ssir certu kritika, il-Partit Laburista ser jistenna lill-Gvern jippubblika u jghid xi pjani u proposti u mizuri ghandu biex din il-politika titwettaq ghall-gid tat-tfal f’pajjizna. L-awgurju taghna huwa li dan id-dokument ma jispiccax bhal hafna dokumenti ohrajn li minnhom ma jimmaterjalizza xejn.  

Il-Partit Laburista jtenni l-impenn tieghu favur il-hidma b’rizq it-tfal kollha ta’ pajjizna biex ikollhom tfulija hienja u gejjieni li jimlihom b’kuragg.  


Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’

© 2011 - Justyne Caruana