


Jehtieg importanza akbar ghal sahhet it-tfal
Skont rapport mahrug mill-Assembleja Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, Malta ghandha rata ta’ 30% tat-tfal ta’ bejn is-seba` u hdax-il sena li huma obesi. Skont l-istess rapport din ir-rata ta’ obesita` fost it-tfal taghna hija fost l-oghla li hemm fil-pajjizi li qieghdin fl-istess Kunsill.
It-tfal ghandhom dritt li jghixu b’sahhithom u l-obesita’ hija kundizzjoni li qed taffettwa hafna lit-tfal taghna mhux biss fuq livell ta’ sahha imma wkoll qed tikkawza svantaggi socjali u ekonomici u tohloq vulnerabilita kemm fizika kif ukoll psikologika u emozzjonali. Dan kollu qed iwassal ukoll ghall-iktar eskluzzjoni socjal lit-tfal taghna u li allura in-konsegwenza ta’dan qed ikompli jaqghu lura.
Dan ir-rapport jirrikmanda sabiex il-pajjizi fil-kunsill ta’ l-Ewropa jsiru aktar konxji u jimplimentaw mizuri sabiex sahhet it-tfal tigi mqieghda fuq l-agenda nazzjonali. Minhabba l-fatt li l-livelli f’pajjizna huma gholjin hafna, hemm bzonn li tittiehed l-azzjoni immedjata biex tigi indirizzata l-problema ta’ sahha fost it-tfal f’pajjizna.
Ghandna wkoll sitwazzjoni b’numru sostanzjali ta’ kazijiet ta’ tfal li qed jiddahlu Mater Dei minhabba negligenza ta’ l-adulti u abbuzi fuq it-tfal anke trabi.
Bhala Partit Laburista, filwaqt li nishqu dwar l-importanza ta’ l-gharfien, inheggu lill-Gvern sabiex jiehu bis-serjeta`sahhet it-tfal. Filwaqt li dawn it-tfal ghandhom jinghataw il-kura u l-protezzjoni li ghandhom bzonn hemm ukoll il-htiega li jigi processat skont il-Ligi kull min b’xi mod jew iehor ikun responsabbli ghal dawn il-griehi fuq it-tfal.
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’