Il-Ligi dwar l-impjieg ta' persuni b' dizabbilita'

(06-04-11)

Minn informazzjoni moghtija fil-parlament irrizulta li sitta mid-disa’ ministeri tal-Gvern iddikjaraw li jimpjegaw persentagg ta’ persuni b’dizabilita` li huwa inqas minn 2% u dan kif tipprovdi l-ligi dwar l-impjieg ta’ persuni b’dizabilita`.

Bis-saħħa ta’ din il-liġi stess, suppost, tnejn minn kull mitt impjieg huma riservati għall-persuni b’diżabilità u allura għandna din il-kwota li hija forma ma’ mekkaniżmu ta’ diskriminazzjoni pożittiva. Dan biex nippruvaw inwaqqgħu l-ħitan għoljin li jimblukkaw l-aċċess fl-iktar sens wiesgħa tal-persuni b’diżabilità għad-dinja tax-xogħol.

Izda meta naraw u nevalwaw is-sitwazzjoni attwali huwa legittimu li nistaqsu jekk verament din il-ligi hadmitx tajjeb; jekkil-funzjoni tad-Disablement Resettlement Unit laħqitx l-għanijiet maħsuba u jekk l-infurzar ta’ din il-liġi sarx bis-serjetà ghaliexħaddiema b’diżabilità għadhom qegħdin ikunu diskriminati. Fil-fatt humaħafna dawk il-każijiet ta’ persuni b’diżabilità li jkunu mċaħħda mid-dritt tax-xogħol minħabba l-kundizzjoni tagħhom, li jkunu diskriminati u saħansitra ‘bullied’ meta jmorru japplikaw għax-xogħol.

Wasal iż-żmien biex naraw għaliex din il-liġi ma ħadmitx tajjeb u huwa dmir tagħna li nevalwaw ir-raġunijiet u naraw kif se naġġornawha għall-ħtiġijiet tal-lum.

Mit-twegibiet moghtija fil-parlament irrizulta bl-iktar mod car li l-Gvern innifsu mhux qed josserva l-ligi u allura zgur mhux qed ikun la ta’ kontribut ghall-persuni b’dizabilita` u inqas u inqas huwa ta’ ezempju lis-settur privat li wkoll huwa tenut li josserva din il-ligi.

Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi jrid jagħti rendikont ta’ dan kollu lill-popolazzjoni ta’ persuni b’diżabilità f’pajjiżna li ħafna minnhom għalkemm jixtiequ jkunu produttivi u jikkontribwixxu fid-diversi oqsma tal-ħajja inkluż ix-xogħol qed isibu nuqqas ta’ għajnuna u opportunitajiet.

 
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’

© 2011 - Justyne Caruana