Diversi xhur biex jinghataw servizzi importanti mic-Child Development Assesment Unit

(09-08-11)

Mhux accettabbli li tfal li ghandhom bzonn tas-servizz mghoti mic-Child Development Assessment Unit qed ikollhom jistennew diversi xhur biex jinghataw dan servizzi tant importanti.

Il-Kelliem Laburista ghall-familja, t-tfal u l-persuni b’dizabilita’ Justyne Caruana kkwotat statistika moghtija fil-Parlament li turi li hemm aktar minn 400 tifel u tifla jistennew servizzi psikologici, bil-medja ta’ stennija tkun ta’ sena u tliet xhur. Minn dawn it-tfal, 174 ghandhom inqas minn hames snin. Dan filwaqt li madwar 450 tifel u tifla qeghdin fuq il-waiting list biex jinghataw it-terapija, u qed jithallew jistennew ghal madwar 14-il xahar.

Din is-sitwazzjoni mhijiex accettabbli, ghax wara kull numru, hemm tifel jew tifla li ghandhom bzonn l-ghajnuna, u l-Gvern irid jindirizza din is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun jekk verament it-tfal huma priorita’ tieghu.

Sahqet li l-Gvern jaf b’din is-sitwazzjoni ghaliex quddiemu ghandu rapport mahrug minn task force apposta, li jelenka l-problemi li jezistu, fosthom ta’ nuqqas ta’ terapisti u staff specjalizzat, nuqqas ta’ apparat ghat-terapija, u ta’ facilitajiet tal-fizjoterapija.

Fost is-soluzzjonijiet li l-Gvern jista’ jikkontempla hemm arrangamenti mas-settur privat, biex jitnaqqas iz-zmien li dawn it-tfal ikollhom jistennew.

Dan id-dewmien kollu qed iwassal ghal thassib fost il-genituri ta’ dawn it-tfal ghaliex mhumiex jinghataw l-ghajnuna li ghandhom bzonn, meta’ jinsabu f’eta’ daqshekk krucjali ghall-izvilupp taghhom.

Justyne Caruana rringrazzjat lill-haddiema kollha li jahdmu f’dan il-qasam u sahqet  li dawn  qed ikollhom jahdmu taht pressjoni zejda u kundizzjonijiet stressanti.


Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’

© 2011 - Justyne Caruana