


Jehtieg azzjoni fuq il-problema tal-Bullying fl-iskejjel
Fid-dawl ta’ l-informazzjoni moghtija ghall-mistoqsija parlamentari 27249 jirrizulta li fis-sena skolastika 2010-2011 il-Ministeru tal-Edukazzjoni rcieva 218-il rapport mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Privati dwar allegati kazijiet ta’ bullying li sehhew fl-imsemmija skejjel. Dawn il-kazijiet kollha dahlu fil-qasam kontra l-ibbuljar fi hdan is-Safe Schools Programme tas-Servizzi Edukattivi Psiko-Socjali.
Peress li dalwaqt tibda sena skolasitka gdida, il-Partit Laburista jheggeg lil Gvern sabiex jiehu kull azzjoni mehtiega sabiex il-bullying u kazijiet ta’ vjolenza fl-iskejjel taghna jigi eliminat. Qed issir riferenza ghall-dokument importanti u ghar-rizoluzzjoni relattiva tal-Assembleja Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa bit-titolu “Education Against Violence at School”. F’dan id-dokument u rizoluzzjoni qed jigi emfasizzat li dan il-fenomenu qed jizdied fl-iskejjel u li hafna iktar tfal qed ibaghtu minn problemi psikologici ghaliex jisfaw vittmi ta’ vjolenza fizika u psikologika fl-iskejjel rispettivi.
Peress li skont l-informazzjoni moghtija huwa car li din il-problema hija wkoll prezenti fl-iskejjel taghna, ir-rakkomdazzjonijiet elenkati f’dan id-dokument isiru iktar rilevanti u important u ghalhekk ghandu jigi studjat u implimentat programm ta’ azzjonijiet u inizjattivi sabiex it-tfal taghna jkunu kuntenti fl-iskejjel taghna u b’hekk anke jkollhom esperjenza edukattiva li thalli l-frott u kif ukoll jghixu l-esperjenza skolastika b’serenita u liberi mill-biza u mill-vjolenza u dan kif wara kollox huwa stipulat fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.
Dr Justyne Caruana
Kelliem ghal Familja, Tfal u Persuni b’ Dizabilita’