


Fl-okkazzjoni tal-Jum internazzjonali kontra l-vjolenza fil-konfront tan-Nisa, bhala Partit Laburista nesprimu s-solidarjeta` taghna mal-vittmi tal-vjolenza u naghmlu appell qawwi lil dawk kollha li fis-silenzju qed isoffru minn din il-pjaga biex jaghmlu l-kuragg u johorgu minn dan ic-cirku vizzjuz.
Fl-istess waqt inheggu lill-Gvern sabiex jinvesti iktar fl-entitajiet, ghaqdiet u strutturi involuti f’dan il-qasam tant delikat biex il-vittmi jsibu l-ghajnuna kollha li jehtiegu u b’hekk iktar vittmi jaghmlu l-kuragg biex jitilqu mill-ambjent ta’ vjolenza li jkunu qed jghixu fih u jkunu rashom mistrieha li ser isibu kull ghajnuna ghalihom u ghall-uliedhom biex jghixu hajja ahjar kif inhu xieraq.
Skont l-informazzjoni li perjodikament tigi mhabbra dwar in-numru ta’ kazijiet ta’ vjolenza domestika riferuti lill-Agenzija Appogg kif ukoll anke dwar in-numru ta’ kazijiet li tressqu l-Qorti in konessjoni mal-vjolenza domestika jidher li qed ikun hemm zieda fl-gharfien u kuxjenza dwar din il-pjaga nazzjonali. Minkejja dan pero`ghad baqa` hafna u hafna vittmi li jaqtghu qalbhom u allura ma jipprocedux bil-mezzi legali u gudizzjarji kontra min qed iwettaq il-vjolenza fuqhom.
Biex il-vittmi jigu nkoragguti jirrapurtaw huwa mehtieg li s-servizz moghti ikun iktar victim orientated. Dan qed jinghad ghall-fatt li huma hafna dawk il-vittmi li jippruvaw jirrapurtaw pero` minhabba nuqqas ta’ professjonalita` jew tahrig ta’ min ikun qed jiehu r-rapport, dawn il-vittmi mill-ewwel jaqtghu qalbhom. Hafna drabi l-ewwel bieb li jhabbtu l-vittmi huma l-ghases taghna li sfortunatament hafna minnhom ma humiex idoneji u ma ghandhomx il-privatezza biex vittma taghmel ir-rapport adegwatament. Hafna ghases anqas huma mghammra biex jilqghu lill-vittmi u dan kollu allura jaqta` qalb dak li jkun.
A rigward servizzi kollha offruti specjalement ta’ shelters dawn ghandhom jizdiedu u jinghataw iktar rizorsi biex ikunu iktar effettivi u immedjati. Dan jinghad in partikolari f’Ghawdex fejn il-Gvern ma joffri ebda servzz ta‘ dan it-tip. Hija hasra li din is-sena l-Gvern naqqas il-budget tal-Kummissjoni Nazzjonali kontral-Vjolenza domestika u dan meta fuq livell ta’ Unjoni Ewropeja qed isir hidma iktar sfieqa kontra din il-glieda u l-Kummisjoni ghandu jkollha rwol iktar iktar attiv sabiex prtattici tajba jigi ntrodotti f’pajjizna biex itejbu u jirrendu iktar effikaci l-glieda kontra l-vjolenza domestika.
Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza