


Fl-okkazzjoni tal-Jum dinji tat-tfal, tajjeb li nieqfu ftit u nirriflettu dwar dawk it-tfal kollha li minhabba diversi ragunijiet jinsabu f’diffikultajiet u f’perikoli kbar. Dawn it-tfal li minhabba il-vulnerabbilita`taghhom jisfaw vittmi ta’ abbuzzi u eccessi, la ghandhom vuci u lanqas mezzi biex jiddefendu rwiehom minn dan l-ghawg kollu.
Jekk inharsu lejn il-qaghda tat-tfal f’pajjizna, hija haga li thassibna li l-faqar fost it-tfal taghna qed jizdied u dan iwassal sabiex dawn it-tfal qed jispiccaw eskluzi socjalment u allura qed ikun ta’ xkiel sabiex dawn it-tfal jizviluppaw u jimxu ‘l quddiem bhal ma ghandhom kull dritt li jaghmlu.
Drittijiet fuq il-karta biss mhux bizzejjed u l-qasam tat-tfal f’pajizna ghandu jigi ndirizzat minnufih. Bhala partit qed nistennew bil-herqa t-tneghdija tal-politika dwar it-tfal.
Ma jistax ikun li minhabba nuqqas ta’ spazju u minhabba nuqqas ta’ politika holistika tfal jispiccaw il-habs jew monte carmeli. Kif ma jistax ikun laqas li tibqa’ s-sitwazzjoni fejn tfal abbuzati qed jispiccaw fis-sala generali tal-Isptar Monte Carmeli minhabba li s-sezzjoni tat-tfal hija mimlija.
Ma jistax ikun li minhabba nuqqas ta’struttura tfal li jghixu f’ambjent ta’abbuz jithallew jghixu fl-istess ambjent u jkomplu jisubbixxu l-abbuz.
Ma jistax ikun li ta’kull sena jizdiedu r-rapport ta’abbuz fuq it-tfal u minhabba nuqqas ta ‘rizorsi dawn ir-rapporti jispiccaw jigu trattati tard wisq u l-problema tal-waiting lists ta’ tfal li ghandhom bzonn ghajnuna professjonali insubuha ma wiccna il-hin kollu.
Ma jistax ikun li f’pajjizna ma ghandniex programm ta’ crime prevention ghat-tfal meta ahna bhala pajjiz qieghdin fil-crime prevention network ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Ma jistax ikun li nibqghu minghajr ligi tat-tfal u ma nistghux ninvokaw il-konvenzjoni internazzjonali tat-tfal ghaliex mhix inkorporata fil-ligi domestika.
Dawn huma nuqqasijiet li l-Gvern ghandu d-dmir li jindirizza minnufih. Huwa tajjeb li jsiru celebrazzjonijiet ghal-jum it-tfal pero` huwa iktar importanti li t-tfal li ghandhom bzonn l-ghajnuna, jsibuha minnufih.
Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza