


Il-vot tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi fil-Kunsill Ewropew kontra l-estensjoni tal-leave tal-maternità u l-introduzzjoni tal-leave tal-paternita’ huwa vot kontra l-familja.
Il-Prim Ministru m’ ghandux vizjoni ekonomika u socjali fit-tul izda jhares biss lejn dak li jigri minn elezzjoni ghal ohra.
Il-Partit Laburista ma jistax jifhem il-pozizzjoni tal-Gvern anke fid-dawl ta’ statistika ohra li harget illum li turi li Malta ghandha l-inqas rata ta’ nisa fid-dinja tax-xoghol. Statistika li apparti li thammar wicc pajjiz tikkonferma li s-success ekonomiku, it-tishih tal-familja u s-success personali tan-nisa f’karriera, mhuwiex ghall-qalb Lawrence Gonzi.
Il-Partit Laburista jemmen li l-estensjoni tal-leave tal-maternità tghin l-ekonomija billi tincentiva aktar nisa jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Tant li minn studju li ghamel il-Prof Edward Scicluna ghall-Partit Laburista, liema studju l-Gvern ma mera lanqas linja wahda minnu, jirrizulta li r-rata ta’ nisa fid-dinja tax-xoghol tizdied b’9%. Din tnaqqas ukoll il-problemi ta’ sostenibbiltà tal-pensjonijiet. Kif ukoll ikun hawn iktar nies jahdmu bi qliegh u allura jhallsu t-taxxa.
Rapport tal-Kummissjoni Ewropea mahrug din is-sena stess ikompli ssahhah l-argumenti kontenuti fir-rapport tal-Prof Scicluna tant li zieda fir-rata tan-nisa fid-dinja tax-xoghol issarraf f'zieda sostanzjali fit-tkabbir ekonomiku.
Din hija mizura li tiswa’ ferm inqas mit-tberbiq ta’ Lawrence Gonzi u tiswa’ lill-pajjizna €5 miljuni li jista’ jerfaghha l-Istat kollha kemm hi.
Madankollu l-prijorità ta’ Lawrence Gonzi ma kenitx il-familji imma li jaghti zieda ta’ madwar €600 fil-gimgha lil kull membru tal-Kabinett tieghu u li tiswa lill-pajjizna €1 miljun fis-sena.
Nistiednu lill-Gvern biex tal-inqas jippubblika l-istudji li fuqha bbaza l-pozizzjoni konservattiva tieghu.
Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza