Drittijiet tat-Tfal fuq il-karta ma jiswew xejn

(02-12-10)

Fid-dawl tat-taghrif moghti fil-parlament li sebghha mija u disa u sittin tifel u tifla qed jistennew li jigu statemented mill-bord biex jinghataw learning support assistants u li iktar minn hamsin tifel u tifla li ilhom jistennew biex jarhom il-bord sa mis-sena 2006, il-Partit Laburista qed jiddeplora dan id-dewmien kollu u tkaxkir tas-saqajn, f’ qasam li minnu hija responsabbli Dolores Cristina.

Dan id-dewmien ifisser li dawn it-tfal thallew sena wara ohra minghajr l-ghajnuna li tant ghandhom bzonn biex ilahhqu fl-istudji taghhom.

Dewmien li fisser ukoll li dawn it-tfal gew imcahhda mill-opportunita` li jintegraw ruhhom fis-sistema edukattivi li suppost hija wahda inklussiva u li suppost ma tippermetti li hadd ma jaqa` lura. Tfal li thallew jistennew gew imcahhda milli jippartecipaw b’mod shih fil-klassi u jekk  ghandhom problem li jinhtiegu attenzjoni, terapija u/jew kura dawn aggravaw ruhhom u thallew jaqghu iktar lura.

Bhala gvern li jiftahar hafna li ghandu ghal qalbu l-gid ta’ uliedna, falla quddiem din ir-realta` u quddiem dawn il-figuri moghtija fil-parlament stess.
Drittijiet tat-tfal fuq il-karta ma jiswew xejn u dan in-nuqqas gravi tal-gvern were bic-car kemm dan huwa gvern tad-drittijiet fuq il-karta biss u halla lil dawn it-tfal jaqghu lura b’detriment mhux biss ghall-edukazzjoni u l-futur taghhom imma wkoll tad-drittijiet taghhom li jippartecipaw bl-iktar mod shih fil-klassi biex jilhqu l-potenzjal kollu taghhom.


Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2010 - Justyne Caruana