Iz-zghazagh protagonisti

(28-04-2008)

Permezz ta’ din l-istqarrija qed niftakru u nfakkru l-importanza tas-sehem taz-zghazagh fl-istrajk generali tat-28 ta’ April 1958. F’dik l-okkazjoni l-poplu semma` lehnu u fuq quddiem nett kien hemm iz-zghazagh ta’ dak iz-zmien li wkoll irvellaw kontra l-ingustizzji u l-oppressjoni ta’ dak iz-zmien.

Il-Partit Laburista huwa rikonoxxenti hafna lejn dawk iz-zghazagh li taw is-sehem taghhom dak in-nhar. Kienet glieda ghall-hobz u ghall-helsien. Nistghu nghidu li wara din il-grajja bdiet it-triq b’certu ritmu ghall-helsien ta’ pajjizna mill-hakma tal-barrani. Nixtiequ nuru r-rikonoxximent taghna wkoll lejn dawk iz-zghazagh kollha li matul iz-zminijiet ikkontribwew biex pajjizna jimxi ‘l quddiem.

Illum iktar minn qatt qabel pero` irridu nippromwovu iktar il-kuncett ta’ cittadinaza attiva fejn ghandna nheggu liz-zghazagh halli jkunu fuq quddiem nett u jiehdu t-tmun tal-pajjiz f’idejhom. Ahna dejjem emminna li z-zghazagh mhux biss huma l-futur imma huma l-prezent u ghalhekk huwa mportanti li minn issa jkun hemm l-involviment taz-zghazagh bl-injezzjoni ta’ l-energija zaghzugha fl-attivitajiet u fl-andament tal-pajjiz.

Bhala partit dejjem emminna fiz-zghazagh u dejjem hdimna bis-shih b’risq il-generazzjoni zghazugha. Hafna zghazagh ma jafux bil-passat glorjuz tal-Partit Laburista. Kien il-Partit Laburista illi ta liz-zghazagh il-vot ta’ tmintax-il sena u li fetah il-bibien ta’ l-edukazzjoni b’xejn ghal kulhadd. Qabel Gvernijiet Laburisti, l-edukazzjoni kienet ghal dawk il-ftit li kienu jifilhu jhallsu u l-bibien ta’ l-iskejjel u ta’ l-Universita` kienu imbarrati ghat-tfal tal-haddiema.

Kienu Gvernijiet Laburisti tas-sebghinijiet li niedew il-kuncett ta’ l-akkomodazzjoni socjali u eluf ta’ koppji zghazagh ta’ dak iz-zmien kienu nghataw plots u sahansitra flus biex ikollhom saqaf fuq rashom u jkollhom is-serhan tal-mohh. Fil-legislatura li ghaddiet ahna wkoll nedejna l-poltika ghaz-zghazagh li whud minnha diga` qed tigi attwata mill-Gvern prezenti li juri bic-car kemm il-Partit Laburista ghandu vizjoni cara f’dan il-qasam u kemm effettivament il-proposti taghna kienu u ghadhom tajbin.


Il-Partit Laburista dejjem kien l-partit ta’ l-inkluzjoni u Gvernijiet Laburisti dejjem fethu l-bibien. Hekk ser inkomplu naghmlu – il-bibien taghna huma dejjem miftuha u bhala partit b’sahhtu li jirrapprezenta lill-nofs tal-poplu, ser inkomplu nahdmu bis-shih u bla heda b’rizq iz-zghazagh taghna.




Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh

Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura

© 2008 - Justyne Caruana