Il-Ligi dwar il-Vjolenza Domestika ... Wasal iz-zmien li ssir iktar effettiva biex nipprotegu lill-vittmi

(22-08-2008)

Fid-dawl ta’ l-informazzjoni mhabbra fuq il-mezzi tax-xandir dwar in-numru ta’ kazijiet ta’ vjolenza domestika riferuti lill-agenzija Appogg kif ukoll anki dwar iz-zieda fin-numru ta’ kazijiet li tressqu l-Qorti in konessjoni mal-vjolenza domestika, il-Partit Laburista ma jistax jibqa` passiv quddiem din ir-realta` kiefra li qed ibatu minnha fis-silenzju eluf ta’ vittmi f’pajjizna.

In-numru ta’ kazijiet riferuti ma jaghtux stampa cara ta’ kemm effettivament u realment huma l-kazijiet ta’ vjolenza domestika imma madanakollu huma wkoll indikatur car li dawn it-tip ta’ kazijiet qed jizdiedu u dan ghal diversi ragunijiet. Fattur pozittiv huwa li iktar vittmi qed isibu l-kuragg li jitkellmu u jirrikorru ghall-ghajnuna u allura dan juri li l-kampanji promozzjonali ghall-gharfien dwar il-vjolenza domestika kienu effettivi u li allura ghandhom jigu ntensifikati iktar u mifruxa f’iktar lokalitajiet f’kull parti t’Ghawdex u Malta.

Ghalkemm il-Ligi dwar il-Vjolenza Domestika halliet hafna frott ghad baqa` hafna x’jista` jsir specjalment fejn jidhlu l-ordnijiet ghall-protezzjoni tal-vittma u l-ordnijiet ta’ zgumbrament ta’ min iwettaq il-vjolenza. Allura wasal iz-zmien biex naghmlu stock taking ta’ l-effetti ta’ din il-Ligi u naraw kif nistghu naghmluha iktar effettiva biex nipprotegu lill-vittmi kif ukoll isir studju a bazi tal-kazijiet maghrufa biex jigu identifikati loopholes fil-ligi u jigu ndirizzati.

Biex il-vittmi jigi nkoragguti jirrapportaw, huwa mehtieg li s-servizz moghti jkun iktar victim oriented. Dan qed jinghad ghall-fatt li huma hafna dawk il-vittmi li jipprovaw jirraportaw pero` minhabba nuqqas ta’ professjonalita` jew tahrig ta’ min ikun qed jiehu r-rapport, dawn il-vittmi mill-ewwel jaqtghu qalbhom. Hafna drabi l-ewwel bieb li jhabbtu l-vittmi huma l-ghases taghna li sfortunatament hafna minnhom ma humiex idoneji u ma ghandhomx il-privatezza biex vittma taghmel ir-rapport adegwatament. Hafna ghases anqas huma mghammra biex jilqghu lill-vittmi u dan kollu allura jaqta` qalb dak li jkun.

Ghar-rigward ta’ servizzi ta’ shelters dawn ghandhom jizdiedu, in partikolari f’Ghawdex fejn il-Gvern ma joffri ebda servzz ta‘ dan it-tip u l-Appogg ma toperax f’Ghawdex imma jezisti biss id-dipartiment ghall-Harsien tal-Familja li ghandhom mezzi limitati hafna.

Filwaqt li bhala Partit nesprimu s-solidarjeta` taghna mal-vittmi tal-vjolenza domestika, naghmlu appell qawwi lil dawk kollha li fis-silenzju ta’ djarhom qed isofru minn din il-pjaga biex jaghmlu l-kuragg u johorgu minn dan ic-cirku vizzjuz.

Fl-istess waqt pero` inheggu lill-Gvern sabiex jinvesti iktar fl-entitajiet, ghaqdiet u strutturi involuti f’dan il-qasam tant delikat. Dan bil-ghan li l-vittmi jsibu l-ghajnuna kollha li jehtiegu u b’hekk jaghmlu l-kuragg biex jitilqu mill-ambjent ta’ vjolenza li jkunu qed jghixu fih u jkunu rashom mistrieha li ser isibu kull ghajnuna ghalihom u ghall-uliedhom.


Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2008 - Justyne Caruana