Iz-zieda fis-surcharge se titfa piz enormi fuq il-familji

(08-07-2008)

Nesprimi s-solidarjeta` tal-Partit Laburista mal-familji Ghawdxin u Maltin fid-dawl tal-piz enormi li se jkollhom jibdew igorru fil-gimghat u xhur li gejjin bhala konsegwenza taz-zieda fis-surcharge imhabbra mill-gvern Nazzjonalista f’dawn l-ahhar jiem.

Erba xhur ilu fil-programm elettorali tieghu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi wieghed lill-Maltin u lill-Ghawdxin li bih bhala Prim Ministru, kien se jkollhom iktar flus fil-but u kienu se jghixu iktar komdi. Zgur izda li bil-kontra ta’ din il-weghda, z-zieda fis-surcharge ser titfa piz enormi fuq il-familji taghna li diga` jinsabu mifnija b’pizijiet kbar ta’ taxxi u ta’ l-gholi tal-hajja u zgur ukoll li l-kwalita` ta’ l-ghixien tal-familji taghna se tkompli tmur lura bl-effett tas-surcharge.

L-impatt li dawn iz-ziediet ser ikollhom fuq is-socjeta` in generali mhux ta’ min jimminimizzah ghal skopijiet politici u partigjani. Il-piz huwa dak li hu u l-ebda tattika jew strategija politika ma tista` ccahhad jew tghatti r-realta`.

Il-Partit Laburista est li jiddiskuti din il-problema biex inkunu verament qed niddefendu l-interessi tal-familji taghna, specjalment dawk ta’ dhul baxx u medju. B’differenza mill-Gvern Nazzjonalista, il-Partit Laburista huwa miftuh ghad-diskussjoni biex tinstab l-ahjar soluzzjoni possibbli. Il-gvern Nazzjonalista minn naha l-ohra, minkejja l-ghajta tieghu tal-‘flimkien kollox possibli’ llum qed jaghmel kollox wahdu.

Il-Partit Laburista mhux se jhalli lill-familji taghna wahedhom u zgur se jkun vigilanti u proattiv bil-ghan ewlieni li kull familja ssib fil-Partit Laburista hajt ta’ kenn u vuci soda dejjem lesta li thares l-interessi taghhom.



Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2008 - Justyne Caruana