|
Matul dan ix-xahar ghaddejja kampanja importanti hafna dwar
l-gharfien fuq il-kancer tas-sider. Hafna ghaqdiet f’pajjizna jinvolvu ruhhom f’din il-kampanja bil-ghan li jqajjmu kuxjenza dwar din il-marda kiefra li skond l-istatistika tolqot mara minn kull tnax f’pajjizna li hija rata gholja hafna meta jitqies id-daqs geogafiku u demografiku taghna u hija rata oghla mill-medja registrata fil-bqija tal-pajjizi ewropej.
Ghalkemm hafna iktar nisa qed isiru konxji tal-bzonn li jsiru testijiet frekwenti, hemm hafna u hafna ohrajn li mhux qed jaghmlu dan bil-konsegwenza li l-marda tintlahaq fi stadju avvanzat hafna u jkun tard wisq. Ghalhekk huwa importanti li jsir screening regolari u dan huwa proprju l-iskop wara din il-kampanja.
Pero` minkejja l-kampanji kollha li jsiru u x-xoghol u l-isforzi kollha ta’ diversi nies jisfaw fix-xejn jekk f’pajjizna ma jkunx hawn servizz adegwat biex in-nisa jkunu jistghu jigu ttestjati b’mod regolari. Ghalkemm fl-isptarijiet privati jezistu l-facilitajiet u anke qed joffri prezzijiet irhas biex hafna iktar nisa jkunu jistghu jirrokorru ghalihom, fl-isptarijiet tal-Gvern is-sitwazzjoni hija il-boghod hafna milli tista` tissejjah adegwata. Biex isir test tas-sider fl-isptar Mater Dei tinghata appuntament kwazi sena wara u fl-isptar generali ta’ Ghawdex anqas biss jezisiti dan is-servizz minkejja li ilu jigi imwieghed snin twal.
Iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jinhass il-htiega ghall-introduzzjoni ta’ programm ta’ screening tas-sider u dan biex inkunu wkoll konformi ma dak li jigri fil-bqija ta’ l-Ewropa. Ghakemm qabel l-elezzjoni dan il-programm gie propost b’ghan purament propogandistiku, sa issa l-Gvern kaxkar saqajh dwaru.
Bhala Partit Laburista filwaqt li ninghaqdu ma’ dawk l-ghaqdiet kollha li qed jippruvaw iwasslu l-messagg lin-nisa kollha ta’ pajjizna biex jiehdu hsieb sahhithom, inheggu lill-Gvern biex issa wara li ghaddiet l-elezzjoni verament u genwinament jindirizza din il-problema u jinvesti fit-twaqqif ta’ programm ta’ screening tas-sider kemm jista` jkun malajr biex kull mara f’Ghawdex u f’Malta jkollha l-possibbilta` li tiehu hsieb sahhitha u tnaqqas ir-riskju li l-marda tinqabad tard wisq.
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza
|