|
Fid-dawl tal-proposti ghal regoli godda dwar id-drittijiet ta’ l-ommijiet in konnessjoni mal-maternita` li mistennija li jigi mhabbra dalwaqt mill-Kummissjoni Ewropeja, il-Partit Laburista ser ikun qed isegwi l-andament ta’ dawn il-proposti u jawgura li dawn jigu approvati kemm jista` jkun malajr.
Il-Kummissjoni Ewropeja fil-fatt qed tipproponi fost l-ohrajn li l-beneficcju ghall-maternita` jizdied b’erbgha gimghat bil-ghan li din iz-zieda fit-tul taz-zmien tkun ta’ beneficcju kemm ghas-sahha ta’ l-omm wara t-tqala u t-twelid tat-tarbija kif ukoll biex tkun ta’ incentiv biex r-rata ta’ twelid tizdied fil-pajjizi membri.
Proposti ohra huma dwar zieda ta’ leave f’kazijiet specjali u partikolari ta’ twelid b’kumplikazzjonijiet li jinhtiegu rikoveru fl-isptar itwal, kif ukoll tishih tad-drittijiet ta’ l-omm in konnessjoni ma’ l-impjieg wara t-tqala.
Il-Partit Laburista jhares lejn dawn il-proposti b’mod pozittiv hafna u se jkun minn ta’ quddiem nett biex jippromwovihom u jinkorraggihom. Nawguraw ukoll li jkun hemm aktar drittijiet li jinghataw liz-zewg genituri.
Ir-realtajiet ta’ pajjizna jinkwadraw ruhhom perfettament fl-ghanijiet wara dawn il-proposti fejn ir-rata demografika ta’ pajjizna turi li r-rata ta’ twelid naqset matul dawn l-ahhar snin u l-ghazla tal-koppji jekk ikollhomx tfal jew le qed tkun iktar determinata minn fatturi ekonomici u aspirazzjonijiet ta’ karriera.
Biex nippromwovu u nsahhu l-valur tal-familja, li f’pajjizna ghalkemm qawwi qed jiffaccja difikultajiet u sfidi kbar, irridu ndahhlu kuncetti iktar family friendly. Ghalkemm kien hemm avvanz f’dawn l-ahhar snin, ghadna hafna ‘l boghod milli nilhqu livelli li nistghu nghidu li ahna komdi bihom.
F’dan il-kuntest hemm bzonn li ssir revizzjoni fir-regolamenti dwar il-parental leave fejn dak li qed jissejjah dritt huwa suggettiv hafna specjalment fis-settur privat. Kif ukoll hemm bzonn li jigu ndirizzati l-problemi li jiffaccjaw il-koppji li jaddottaw tfal minn barra specjalment ghal dak li jirrigwardja l-leave taghhom biex ikunu jistghu jsiefru divesi drabi biex ilestu l-proceduri ta’ l-adozzjoni. Servizzi ta’ appogg ghall-familji huma limitati wisq u allura hemm bzonn ta’ investiment iktar qawwi mill-Gvern biex jigu msahha dawn is-servizzi.
Filwaqt li l-Partit Laburista jtenni li jemmen li hemm bzonn ta’ mizuri bhal dawk li qed jigu proposti mill-Kummissjoni Ewropeja u li konkretament ser jaghmel dak kollu mehtieg biex dawn il-proposti jigu approvati, qed jistieden lill-Gvern sabiex minnufih jiddikkjara l-pozizzjoni tieghu rigward dawn l-istess proposti.
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u l-Ugwaljanza
|