Il-Partit Laburista jikkundanna kull agir li jnaqqas il-gieh u d-dinjita` ta’ persuni vulnerabbli

(10-10-2008)

II-Partit Laburista jikkundanna l-agir ta’ dawk kollha li jagixxu b’mod abbuziv fil-konfront ta’ persuni vulnerabbli u li ma jistghux jiddefendu ruhhom adegwatament.

Fid-dawl tal-filmati li dehru fuq is-sit eletroniku Youtube fejn xi zghazagh taw fastidju u mmolestaw persuni b’dizabilita`, il-Partit Laburista jikkundanna kull agir li b’xi mod jew iehor inaqqas il-gieh u jkasbar id-dinjita` ta’ xi hadd specjalment jekk tkun xi persuna vulnerabbli.

Ahna nemmnu fl-ugwaljanza u fil-gustizzja socjali fejn kulhadd ghandu drittijiet u fejn kulhadd jixraqlu kull rispett minn kulhadd indipendentement mill-abiltajiet jew dizabilitijiet tieghu jew taghha.

Ghaldaqstant filwaqt li niddeploraw dan il-bullying, inheggu lill-awtoritajiet kompenenti specjalment lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jittiehdu dawk il-mizuru kollha mehtiega u opportuni biex ma jirrepetux ruhhom incidenti deplorevoli bhal dawk li rajna fil-filmati u biex min iwettaq abbuzi simili jigi ppenalizzat kif jisthoqqlu skond il-Ligi



Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2008 - Justyne Caruana