Hafna nisa u wliedhom qed jispiccaw vittmi t’anomalija fil-Kodici Kriminali

(16-07-2008)

Il-Partit Laburista b’dispjacir jinnota li minhabba anomalija fil-Kodici Kriminali hafna nisa u wliedhom qed jispiccaw vittmi ta’ ingustizzja kbira appuntu minhabba l-mod ta’ kif inhi l-ligi llum. Ordnijiet ta-Qorti tal-Familja li jiffissaw manteniment ghall-ulied li huma barra miz-zwieg qed jispiccaw ma jistghux jigu nfurzata mill-Qrati Kriminali ghaliex l-istess Kodici Kriminali jitkellem biss dwar mara u ragel li huma mizzewwgin.

L-artikolu 338 (z) tal-Kodici Kiminali jikkontempla kazijiet fejn ikun hemm digriet jew kuntratt fejn parti fiz-zwieg tkun obbligata taghti manteniment lill-parti l-ohra. Meta l-parti tonqos milli taghti l-manteniment, il-parti li jkollha dritt ghall-manteniment tkun tista` taghmel rapport lill-pulizija li min-naha taghhom iressqu lil min naqas mill-jaghti l-manteniment il-Qorti biex il-Qorti tordna li jithallas il-manteniment. Fin-nuqqas, il-Qorti tinfliggi l-piena relattiva li tista` tkun anke habs. B’dan il-mod min ikollu d-dritt ghall-manteniment ghandu rimedju u protezzjoni bil-ligi u min ghandu l-obbligu li jaghti l-manteniment ikollu deterrent biex dan il-manteniment jaghtih

Sentenzi ricenti, anke ta’ l-Appell Kriminali, pero` interpretaw dan l-artikolu fis-sens li ghandu japplika biss ghall-persuni mizzewgin. Allura minn mhux mizzewweg, minkejja li jkun hemm l-ordni tal-Qorti tal-Familja li jrid jinghata l-manteniment ghall-uliedu, ma jistax jirrikorri ghal din il-ligi u ghar-rimedju li taghti. Din is-sitwazzjoni qed tohloq problemi kbar ghal dawk is-single mothers li minkejja li l-Qorti tal-Familja tkun tathom id-dritt tal-manteniment, il-Qrati Kriminali mhux qed jinfurzaw meta appuntu l-manteniment ma jithallasx.

Allura jidher car li hemm bzonn li din anomalija tigi ndirizzata minnufih u l-ligi tigi emendata biex tirrifletti u tindirizza din ir-realta` gdida li qed ibatu minnha t-tfal.



Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza

 

© 2008 - Justyne Caruana