|
Bhala kelliema tal-Partit Laburista ghaz-Zghazagh, Kultura u Sports nifirhu liz-zghazugha Ghawdxija Morena u l-partecipanti l-ohra kollha flimkien ma l-awturi u kompozituri ghall-performance taghhom fil-Malta Song for Europe 2008 kif ukoll ghas-successi rispettivi li kisbu fl-istess festival.
Ahna nemmnu fit-talent lokali kif ukoll fl-energija zghazugha li appuntu l-pubbliku seta jara fuq il-palk waqt il-performance ta’ l-artisti taghna. Inheggu lill-Gvern sabiex jahdem u jinvesti fiz-zghazagh b’mod konkret u bil-fatti. Iz-zghazagh huma l-prezent u l-futur ta’ pajjizna u kull Gvern huwa responsabbli sabiex johloq opportunitajiet f’kull qasam sabiex iz-zghazagh taghna jkunu jistghu jirrealizzaw ruhhom f’oqsma diversi.
Il-Partit Laburista diga` hejja l-pjan tieghu dwar il-qasam tal-kultura bi proposti konkreti hafna biex l-artisti taghna, specjalment zghazagh, jkomplu jindukraw it-talent taghhom u jimxu ‘l quddiem – ahna nemmnu fl-artisti u fiz-zghazagh taghna
Bhala kelliema tal-Partit Laburista nergghu ghal darb’ohra nistiednu lill-Gvern, diversi ghaqdiet, kumitati u organizzaturi sabiex ikun hemm iktar djalogu, kuntatt u ko-operazzjoni mal-Partit Laburista specjalment fl-oqsma taz-zghazagh, sports u kultura ghax nemmnu li f’dawn l-oqsma in partikolari ma ghandux ikun hemm kuluri u wcuh u dan dejjem ghall-beneficcju tal-poplu Ghawdxi u Malti kollu specjalment iz-zghazagh.
Nawguraw kull success lil Morena issa li se tkun l-ambaxxatrici taghna fil-Eurovision Song Festival fis-Serbia f’Mejju li gej.
Nifirhu lill-isportivi li gew ippremjati fil-konkors ta’ l-isportivi nazzjonali
Nixtiequ nifirhu wkoll lil dawk li rebhu xi unur fil-konkors organizzat mill-Ghaqda Kittieba Sports u dan fejn jidhol l-isports f’pajjizna. Haqqhom ukoll kull tifhir dawk l-atleti u d-dirigenti kollha li gew nominati ghal xi unur fil-qasam sportiv.
Dawn l-unuri juru r-rikonoxximent tal-hidma taghhom matul l-ahhar sena u ghandhom ikunu ta’ stimolu kemm ghalihom kif ukoll ghall-atleti u dirigenti ohra biex ikomplu jahdmu ghall-gid ta’ l-isport f’pajjizna.
Bhala Partit Laburista nhossuna kuntenti li tellajna l-isport ‘l fuq fuq l-agenda politika fejn anke hrigna pjan dwar l-isport li giet milqugha b’mod pozittiv. Fiha hemm numru ta’ proposti konkreti halli tizdied l-attivita` sportiva u fizika, kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunita`. Gvern Laburista gdid se jkun determinat li ma juzax l-isport ghal skop ta’ politika partiggjana kif qed isir fil-prezent, imma li nahdmu bis-serjeta` biex nghinu l-ghaqdiet u l-assocjazzjonijiet sportivi kollha.
Ninsabu sodisfatti li l-gvern prezenti fl-ahhar budget beda jimplimenta mizuri li kienu pubblikati xhur qabel fil-pjan taghna fuq l-isport. Wara l-elezzjoni li gejja, Gvern Laburista gdid ikompli jimplimenta l-mizuri l-ohra li nhossu li huma ta’ fejda ghall-isport u ghall-isportivi Maltin u Ghawdxin halli nkomplu nxerrdu l-kultura sportiva f’pajjizna.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura
|