Htiega ta’ ligi wahda li tigbor il-bicciet ta’ ligijiet li ghandhom x’jaqsmu mat-tfal

(14-10-2008)

Il-Partit Laburista jinghaqad ma’ Shaun Attard u ma’ familtu talli wara tant tbatija minhabba l-firda ordnata mill-Qrati, il-familja Attard regghet fl-ahhar inghaqdet flimkien.

Waqt intervista li ta Shaun mal-wasla tieghu f’pajjizna, heggeg lit-tfal biex jitkellmu quddiem il-Qrati dwar dak li jkunu jixtiequ. Filwaqt li f’dawn l-ahhar snin sar titjib u zdiedu l-mezzi biex it-tfal isemmghu lehinhom, zgur li ghadna il-boghod milli t-tfal ikollhom il-possibbilta` u l-access ghall-Qrati taghna biex verament jesprimi dak li jkunu jixtiequ minghajr ma jispiccaw ballun f’xi kawza bejn il-genituri taghhom. Il-kaz ta’ Shaun huwa ezempju car ta’ dan in-nuqqas.

Huwa fatt li l-Qrati taghna ghandhom id-dikrezzjoni li jisimghu t-tfal f’kawzi tal-familja u jezisti wkoll ir-rwol ta’ l-avukat tat-tfal. Minkejja dan, mhijiex in-norma li jinstemghu t-tfal f’dawn il-kawzi u t-tfal ma ghandhomx il-fakulta` li huma stess jintavolaw rikors jew att gudizzjarju iehor biex jitolbu lill-Qrati taghna biex jinstemghu. Biex jidhol l-avukat tat-tfal irid ikun hemm ordni tal-Qorti u hafna drabi minkejja li jkun hemm talbiet minn xi parti biex issir il-hatra ta’ l-avukat tat-tfal, din tibqa ma ssirx u allura t-tfal jigu mcahhda assolutament mill-possibilta` li jkollhom xi involvement fi kwistjonijiet u proceduri li jirrelataw direttament maghom.

Tinhass il-htiega li jkun hawn iktar avukati tat-tfal kif ukoll jigi regolat il-mod u jigu stabbiliti parametri legali ta’ kif dawn l-avukati ghandhom joperaw. Dan qed jinghad ghaliex il-Ligi hija kompletament siekta dwar dan u allura huwa opportun li r-rwol u l-hidma ta’ kull min hu nvolut fil-kamp tat-tfal jigi ben definit biex nassiguraw li l-vuci taf-tfal tasal fejn hu mportanti li tasal.

Ilna snin twal nisimghu u nigu mwieghda l-Ligi dwar it-tfal. Sa issa ghandna diversi ligijiet sparpaljati ‘l hawn u l’hemm u iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed tinhass il-htiega li jkollna ligi wahda komprensiva li tigbor fiha dawk il-bicciet ta’ ligi kollha li ghandhom x’jaqsmu mat-tfal.

Fuq kollox wasal iz-zmien sabiex bl-involviment ewlieni tal-Kummissarju tat-Tfal, flimkien ma’ l-entitajiet u awtoritajiet kollha koncernati f’pajjizna, niehdu stock taking ta’ dak li sar f’pajjizna biex inkunu konformi mal-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda ghad-drittijiet tat-tfal.Iktar u iktar importanti huwa li jigi dikkjarat x’ghad baqa` xi jsir biex inwettqu l-obbligi li pajjizna assuma fl-iffirmar u bir-ratifikar ta’ konvenzjoni internazzjonali b’risq it-tfal taghna kif ukoll jigu stabbiliti targets biex jitwettqu l-ghanijiet tal-konvenzjoni biex id-drittijiet tat-tfal taghna jkunu verament garantiti u mharrsa.



Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2008 - Justyne Caruana