|
Fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji kontra l-Vjolenza Domestika, il-Partit Laburista jtenni impenn tieghu fil-glieda kontra l-vjolenza domestika.
Filwaqt li nesprimu s-solidarjeta` taghna ma dawk il-persuni kollha li huma vittmi tal-vjolenza domestika, il-Partit Laburista jheggeg lil kull min ghaddej minn dan il-kalvarju sabiex jaghmel il-kuragg u jirraporta lill-awtoritajiet kompetenti l-vjolenza li tkun qed tigi mwettqa.
Il-Partit Laburista jheggeg lill-Gvern sabiex mill-iktar fis jikkummissjona studju biex tigi evalwata s-sitwazzjoni specjalment vis-a-vis l-effettivita` tal-ligi kontra l-vjolenza domestika. Inhossu li wasal iz-zmien li jsiru emendi li jsahhu d-drittijiet tal-vittma u tissahhah il-protezzjoni lill-vittma specjalment fejn jidhlu l-ordnijiet ghall-protezzjoni tal-vittma u l-ordnijiet ta' zgumbrament ta' min iwettaq il-vjolenza.
Inheggu sabiex il-Gvern jinvesti iktar fir-rizorsi umani u materjali biex il-vittmi jkollhom is-sostenn kollu possibbli. Fuq kollox hemm bzonn li s-servizz ezistenti li qed jinghata ikun iktar victim orientated u anke jizdiedu s-servizzi ta' shelters - dan jinghad b'partikolari f'Ghawdex fejn il-Gvern ma joffri ebda servizz ta' dan it-tip.
Filwaqt li bhala Partit nesprimu s-solidarjeta` taghna mal-vittmi tal-vjolenza domestika, nappellaw lil dawk kollha li fis-silenzju ta' djarhom qed isoffru minn din il-pjaga, jaghmlu l-kuragg u johorgu minn dan ic-cirku vizzjuz. Fl-istess waqt pero` inheggu lill-Gvern sabiex jinvesti iktar fl-entitajiet, ghaqdiet u strutturi involuti f'dan il-qasam tant delikat, biex il-vittmi jsibu l-ghajnuna kollha li jehtiegu. B'hekk iktar vittmi jaghmlu l-kuragg biex jitilqu mill-ambjent ta' vjolenza li jkunu qed jghixu fih u jkunu rashom mistrieha li ser isibu kull ghajnuna ghalihom u ghall-uliedhom biex, kif inhu xieraq, jghixu hajja ahjar .
|