Jum Dinji tat-Tfal

(19-11-2008)

Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, il-Partit Laburista jawgura lit-tfal kollha ta' Ghawdex u Malta ghal dan il-jum iddedikat ghalihom u juri s-solidarjeta` tieghu ma’ dawk it-tfal kollha li bhalissa ghaddejjin minn diffikultajiet kbar minhabba diversi ragunijet u sitwazzjonijiet li jinsabu fihom.

F'din il-gurnata huwa importanti li ntennu l-impenn taghna favur it-tfal biex verament naghtuhom tfulija kif jixraq. Ghalkemm it-tfal huma l-futur, huma wkoll il-prezent u allura hemm bzonn li jkollna policy tat-tfal li tkun holistika u li tiggarantixxi protezzjoni effettiva ghad-drittijiet kollha tat-tfal kif ukoll tigarantixxi l-izvilupp personali tat-tfal kollha f'pajjizna indipendentement minn liema familja gejjin u minn liema parti tal-pajjiz gejjin.

Il-Partit Laburista jemmen li wasal iz-zmien li pajjizna jibda jwettaq l-obbligi tal-konvenzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet tat-tfal kollha u ghal dan il-ghan hemm bzonn li l-Kumissarju tat-Tfal tinghata l-ghodda u r-rizorsi kollha biex dan ikun jista` jsehh.

Il-Partit Laburista jheggeg lill-Gvern sabiex isir investiment qawwi biex jissahhu s-servizzi ghat-tfal specjalment dawk li qeghdin f'sitwazzjonijiet partikolari. Iktar ma jghaddi z-zmien iktar qed jinhass il-bzonn li jkun hemm servizz specjalizzat ghat-tfal immexxi minn dipartiment ghat-tfal.

Nemmnu li dan irid isehh permezz ta' qafas legislattiv li jkun il-ligi dwar it-tfal bhal ma ghandhom hafna pajjizi, kemm Ewropej kif ukoll barra mill-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern ghandu l-obbligu li jassigura li kull post frekwentat mit-tfal ikun skond standards ta' sahha u sigurta` skond il-Ligi. Ghaldaqstant hija mehtiega hidma interministerjali u interdipartimentali u anke mal-kunsilli lokali biex isiru spezzjonijiet u xogholijiet biex jigi eliminat kull perikolu fiziku ghat-tfal taghna.

Il-familji taghna ghadhom jigu sostnuti u mghejuna biex it-tfal jitrabbew f'ghozza u minghajr nuqqasijiet. Fil-komunitajiet taghna rridu nsahhu s-servizz u appogg diretti lejn it-tfal. Fuq kollox it-tfal ghandhom jinghataw iktar vuci dwar materji li jirrigwardjaw lit-tfal, xi haga li ma ghandhiex tkun limitata ghal dan il-jum biss.

© 2008 - Justyne Caruana