|
Fid-dawl ta’ l-ahhar informazzjoni mahruga mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, jirrizulta b’mod car li l-familji Ghawdxin u Maltin qed igorru pizijiet kbar marbuta ma l-gholi tal-hajja. Jirrizulta li bhal issa r-rata ta’ l-gholi tal-hajja f’pajjizna hija l-oghla fl-ahhar 10 snin.
Fl-ahhar sena giet registrata zieda ta’ 8.6% fil-prezzijiet ta’ l-ikel, zieda ta’ 3.6% fil-prezzijiet tal-hwejjeg u z-zraben, zieda ta’ 4.2% fl-ispejjez tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, zieda ta’ 1.7% fil-prezzijiet tal-medicini, zieda ta’ 4.4% fil-prezzijiet tat-trasport u zieda ta’ 5.6% fil-prezzijiet ta’ affarijiet relatati ma’ l-edukazzjoni fost ohrajn. Dawn iz-zidiet kollha flimkien ma’ pizijiet ohra qed jifnu lill-familji taghna specjalment dawk ta’ dhul baxx u medju, dawk il-familji li ghadhom qed irabbu u wkoll hafna anzjani.
Il-gvern ghandu ghalhekk jaghmel family impact assessment biex jara l-effett ta’ dawn iz-zidiet u pizijiet ohra fuq il-familji. Bhalissa li qed isiru l-preparamenti ghall-budget huwa proprju z-zmien propizju biex isir dan l-asessjar biex b’hekk il-gvern ikollu l-informazzjoni mehtiega sa minn qabel ma jniedi mizuri fiskali kif ukoll biex jikkalkula z-zieda li l-gvern normalment jaghti f’kull budget ghall-gholi tal-hajja.
Nemmnu li l-familji taghna diga` huma mghobbija izzejjed b’piz ta’ taxxi li zdied bit-tieni l-oghla rata fil-pajjizi kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja. Dan jikkuntrasta bil-kbira mal-fatt li l-pagi tal-familji taghna huma fost l-iktar baxxi fil-pajjizi membri ta’ l-Unjoni. Dan l-istat ta’ fatt qed johloq zbilanc kbir ghad-detriment tal-familji li taht Gvern Nazzjonalista qed jesperjenzaw incertezza u instabilita` kbira li huma ferm differenti mis-serhan tal-mohh li gie mwieghed mill-PN qabel l-ahhar elezzjoni generali.
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza
|