Il-kontribut t’Ghawdex fit-tkabbir ekonomiku nazzjonali fl-aghar livelli fl-ahhar 8 snin - Dr Charles Mangion

(11-01-2008)

Il-kontribut t’Ghawdex fit-tkabbir ekonomiku nazzjonali ta’ pajjizna, taht it-tmexxija tal-gvern ta’ Lawrence Gonzi, nizel ghall-aghar livelli fl-ahhar 8 snin, tant li bejn l-2004 u l-2006 dan il-kontribut naqas b’1.7%. Huwa ghalhekk li gvern Laburista gdid se jkun impjenat b’mod qawwi hafna biex johloq opportunitajiet ta’ xoghol ghall-Ghawdxin f’Ghawdex stess. Dan qalu dal-ghodu l-Agent Mexxej Laburista Dr Charles Mangion f’kummenti fi tmiem zjarat li ghamel f’Ghawdex, fil-lukandi Calypso f’Marsalforn u Kempinsky f’San Lawrenz.

Nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xoghol

Dr Mangion qal li t-tnaqqis fil-kontribut t’Ghawdex fit-tkabbir ekonomiku huwa rifless fil-fatt li f’Ghawdex jezistu problemi serji ta' nuqqas ta' opportunitajiet ta' xoghol. Waqt li sa nofs is-sena 2002 in-numru ta’ nies jirregistraw ghal xoghol f’Ghawdex kien ta’ inqas minn 500, fl-ahhar 4 snin, taht il-gvern ta’ Dr Gonzi, dan in-numru kien dejjem ta' iktar minn 600 u kien hemm 15 – il xahar fejn anki qabez is-700.

Dan kollu qed jigri minkejja li meta Dr Gonzi sar Prim Ministru, kien wieghed hafna progetti li permezz taghhom kienu se jinholqu hafna postijiet tax-xoghol f'Ghawdex. L-Agent Mexxej Laburusta semma wkoll kif statistika ufficjali tal-gvern turi li fl-ahhar 4 snin n-numru ta’ akkomodazzjonijiet turistici f’Ghawdex naqsu bi 2, waqt li n-numru ta’ sodod fihom naqsu b’185.

19 – il xahar shah bla helikopter

Dr Mangion qal li l-Partit Laburista jemmen li krucjali ghat-tkabbir ekonomiku f’Ghawdex huwa l-kuntatt bl-ajru u bil-bahar bejn iz-zewg gzejjer. Sfortunatament fl-ahhar tlett snin Ghawdex ghamel 19 – il xahar shah bla servizz tal-helikopter. F’Ottubru 2004 il-gvern waqqaf is-servizz tal-helikopter ghal hames xhur, biex wara li kien iffirmat ftehim ma' kumpanija Spanjola, kien rega beda jopera f'Marzu 2005.

Dak in-nhar il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li s-servizz ta’ din il-kumpanija kien holqa ohra f'katina ta' successi ghall-gvern immexxi minnu. F'Novembru ta’ l-2006 izda l-iSpanjoli telqu u s-servizz tal-helikopter waqaf ghal darb’ohra. Ghalhekk Ghawdex issa ilu 14 – il xahar konsekuttivi bla servizz tal-helikopter.

12 – il sena ta’ weghdiet dwar il-mollijiet

Minn naha l-ohra sfortunatament ix-xoghol fuq il-mollijiet tac-Cirkewwa u l-Imgarr ilu jkarkar snin shah u l-ispiza kwazi irdoppjat, minn inqas minn 20 miljun ewro, ghal iktar minn 35 miljun ewro. Il-PN ilu jaghmel weghdiet dwar dan il-progett sa minn qabel l-elezzjoni ta’ l-1996, 12 – il sena shah, fejn kien anki jinghad li l-pjani kollha kienu diga lesti. Wara l-1998 imbaghad kien imwieghed li l-progett kien se jitlesta sa nofs l-2003. Kwazi hames snin wara izda ghadu ma tlestix.

Dr Mangion qal li wara li sar Prim Ministru, Lawrence Gonzi wieghed li l-parti tal-progett fl-Imgarr f’Ghawdex kienet se titlesta fl-2005 waqt li l-parti tal-progett fic-Cirkewwa kienet se titlesta fl-2006. Sal-lum izda x-xoghol ghadu nofs lehja. Fl-Imgarr suppost li l-passigieri u l-karozzi jinzlu minn inhawi differenti izda dan ghadu mhux jigri. Minn naha l-ohra l-gvern innifsu ghadu ma jafx meta jista jibda x-xoghol fuq il-parti tal-progett fic-Cirkewwa. Fl-istess hin minkejja hafna weghdiet li saru fl-ahhar snin, Ghawdex ghadu mhux jibbenefika mill-gid li johloq is-settur tal-cruise liners.

Pjan ta’ zvilupp regjonali ghal Ghawdex

Kien ghalhekk li l-Partit Laburista fix-xhur li ghaddew, wara konsultazzjonijet twal hafna, fassal pjan ta’ zvilupp regjonali ghal Ghawdex. L-Agent Mexxej Laburista qal li gvern Laburista gdid iwaqqaf Kunsill Regjonali ghal Ghawdex li jkun responsabbli mit-tfassil ta' pjan ta' zvilupp ekonomiku u socjali. Il-Ministeru ghal Ghawdex jinghata l-funzjoni tal-fergha ezekuttiva tal-Kunsill Regjonali biex iwettaq dan il-pjan.

Jinholoq statut fiskali u finanzjarju bil-ghan li jigbed l-investiment u x-xoghol fl-oqsma tat-turizmu, tal-manifattura, tal-artiġjanat, tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u tas-sajd. L-istatut ikun jahseb ukoll f'incentivi ghall-għarajjes, miżżewġin u familji b'genitur wiehed għax-xiri ta' l-ewwel residenza tagħhom.

Titwaqqaf Awtorita’ Għawdxija tat-Turiżmu

Bi gvern Laburista gdid, f'Ghawdex fost l-ohrajn titwaqqaf Awtorita’ Għawdxija tat-Turiżmu, jinghata sussidju lis-servizz tal-helikopter, ikun identifikat sit għall-bini ta' qasam residenzjali għal akkomodazzjoni soċjali, ikun rijabilitat il-qasam industrijali tax-Xewkija, tkun allokata art għal industriji żgħar, tipikament Ghawdxin, jinbnew yacht marina u golf course, jitkabbru x-xtajtiet ramlin f'Marsalforn u x-Xlendi waqt li f'ta' Xħajma jinholoq centru ta' rikrejazzjoni u sport.

Dr Mangion qal li gvern Laburista gdid izomm kelmtu ma' l-Ghawdxin u jwettaq dak li qed iwieghed. Il-Partit Laburista jemmen li Ghawdex ghandu potenzjal kbir ghal zviluppi ekonomici u socjali li jwasslu ghal titjib fil-kwalita tal-hajja tal-familji Ghawdxin. Sfortunatament fl-ahhar snin il-gvern Nazzjonalista naqas milli jaghti importanza lil Ghawdex u huwa ghalhekk, qal l-Agent Mexxej Laburista, li Ghawdex ukoll ghandu bzonn pjan ghal bidu gdid.

Jakkumpanjaw lil Dr Mangion fiz-zjarat tieghu f’Ghawdex, kien hemm id-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana, il-kelliem Laburista ghall-lukandi u l-Air Malta Joe Cuschieri flimkien ma’ kandidati Laburisti Ghawdxin u ufficjali tal-Partit Laburista f’Ghawdex. Fiz-zjarat fil-lukandi Calypso u Kempinsky, id-delegazzjoni Laburista iltaqet mat-tmexxija ta’ dawn iz-zewg lukandi u kellha anki l-opportunita li tiltaqa ma’ l-impjegati

© 2008 - Justyne Caruana