Haddiema tac-Centri ta’ Tahrig ghall-Adulti tal-Foundation for Social Welfare Services demoralizzati u demotivati

(29-07-2008)

Il-Partit Laburista jinsab inkwetat u mhasseb hafna bil-qaghda u kundizzjonijiet tal-haddiema tac-Centri ta’ Tahrig ghall-Adulti tal-Foundation for Social Welfare Services.

Minn meta nholqot din il-Fondazzjoni, il-haddiema qed jesperjenzaw tahwid kbir kull meta jigu biex jircievu l-pagi taghhom. Fil-fatt qed jilmentaw dwar zbalji li qed isiru ripetutament fil-komputazzjoni tal-pagi kif ukoll ghadhom ma thallsux ta’ l-arretrati li kienu dovuti lilhom. Kien hemm haddiema li gew infurmati li minkejja li kien ilhom snin twal jahdmu ma’ l-Agenzija Sapport, ma nstabux ir-rekords tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` socjali li appuntu thallsu mill-pagi tal-haddiema stess skond il-Ligi. Dan it-tahwid juri nuqqas ta’ immaniggjar tajjeb.

Minn meta nholqot il-Fondazzjoni, il-haddiema qed ihossuhom demoralizzati u demotivati hafna minhabba l-mod u l-manjiera kif qed jigu trattati in konsegwenza ta’ decizjonijiet li qed jittiehdu minghajr konsultazzjoni. Dawn id-decizjonijiet, skond il-haddiema, mhux necessarjament qed ikunu ta’ beneficcju ghall-klijenti tac-centri li huma l-persuni bi bzonnijiet specjali.

Filwaqt li l-Partit Laburista juri s-solidarjeta` tieghu mal-haddiema ta’ dawn ic-centri, jheggeg lill-Gvern u lill-awtoritajiet kompetenti kollha sabiex jindirizzaw minnufih l-iskuntentizza li qed tirrenja fost dawn il-haddiema. Skuntentizza li hija tali li hafna haddiema qed jikkunsidraw li jirrizenjaw. F’tali eventwalita` huma l-persuni bi bzonnijiet specjali li se jigu affettwati l-iktar hazin u allura l-Partit Laburista qed jishaq li din hija kwistjoni li jisthoqqilha attenzjoni mmedjata.



Dr Anglu Farrugia
Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem Ewlieni ghax-Xoghol u d-Drittijiet tal-Haddiema



Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2008 - Justyne Caruana