Il-Gvern Nazzjonalista mhux interessat fil-qaghda ta’ eluf ta’ familji

(07-10-2008)

Inhoss li huwa tal-misthija l-mod ta’ kif il-Gvern Nazzjonalista qed juri nuqqas kbir ta’ interess fil-qaghda ta’ eluf ta’ familji meta habbar proposti dwar ziediet qawwija hafna fit-tariffi tad-dawl u ta’ l-ilma. It-tariffi mistennija jizdiedu b’mod fenomenali u dan sar minghajr ma l-Gvern ikkummissjona studju dwar l-impatt socjali u ekonomiku li dawn iz-ziediet ser ikollhom fuq il-familji taghna.

Minkejja li l-esponenti tal-Gvern issa qed jghidu li ser jaraw kif jistghu jghinu lill-familji biex jerfghu dan il-piz, dan certament mhux il-mod ta’ kif verament jigu imharsa l-interessi tal-familji taghna. Dan jinghad ghaliex kemm-il darba lanqas biss sar studju dwar l-impatt taz-zieda fuq il-familji, ma jista qatt ikun hemm ezercizzju serju dwar kif dan l-impatt jista’ jigi mnaqqas.

Sfortunatament din hija t-tendenza li qabad dan il-Gvern li minhabba fiha qed ibatu l-familji taghna u li fix-xhur li gejjin ser ikun hemm zieda ta’ dawk il-familji u persuni, l-iktar tfal, li ser ikunu f’sitwazzjoni ta’ faqar jew riskju ta’ faqar. Dan ghaliex kif il-gvern gie diga mwissi minhabba dawn iz-ziediet ser jintilfu l-impjiegi u allura hafna familji taghna mhux ser ikollhom mezz ta’ ghajxien decenti.

Huwa kundannabbli l-fatt li issa wara li ghaddiet l-elezzjoni generali bdew hergin problemi u diffikultajiet li qed jiffaccjaw il-korporazzjonijiet tad-dawl u ta’ l-ilma - diffikultajiet li se jkollhom jaghmlu tajjeb ghalihom il-familji taghna billi jhallsu tariffi gholja immens, li hafna mhux ser ikunu jifilhu jhallsu. Nesprimi s-solidarjeta` tal-Partit Laburista ma’ dawn il-familji Ghawdxin u Maltin.

Il-Partit Laburista lest li jiddiskuti din il-kwistjoni biex ikun verament qed ihares l-interessi tal-familji taghna, specjalment dawk ta’ dhul baxx u medju. B’differenza mill-Gvern Nazzjonalista, il-Partit Laburista huwa miftuh ghad-diskussjoni biex tinstab l-ahjar soluzzjoni possibbli. Il-Partit Laburista mhux se jhalli lill-familji wahedhom u zgur se jkun vigilanti u proattiv biex joffrilhom protezzjoni.



Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2008 - Justyne Caruana