|
Il-Partit Laburista llum kellu laqgha ma’ delegazzjoni tal-Gift Of Life.
Matul il-laqgha, l-Mexxej Laburista Joseph Muscat fisser il-pozizzjoni tal-Partit Laburista li hija favur il-hajja u ghal kollox kontra l-abort. Huwa fisser kif huwa personalment ha din il-pozizzjoni kontinwament fil-Parlament Ewropew anki minkejja pressjonijiet li seta’ kien hemm.
Il-Gift Of Life minn naha taghhom ipprezentaw il-proposta ghal emenda dwar l-abort fil-Kostituzzjoni. Joseph Muscat qal li jifhem li hemm deputati miz-zewg nahat tal-kamra li ffirmaw il-petizzjoni tal-Gift of Life u ohrajn li ghandhom rizervi dwarha. Qal li fiz-zmien li gej se jiddiskuti din il-kwistjoni personalment mad-deputati Laburisti.
Min-naha tieghu, filwaqt li tenna l-pozizzjoni kontra l-abort, qal li personalment ghandu r-rizervi tieghu dwar din l-emenda. Dr Muscat ikkwota argumenti mressqa minn persuni bhal Prof Peter Serracino Inglott u l-Prof Kenneth Wain, rigward demokrazija u zied li jidentifika ruhu mar-rizervi li qed juru dawn il-persuni. Sostna izda li xorta lest li jisma u jiddiskuti fi spirtu ta’ dibattitu.
Prezenti ghall-laqgha minn naha tal-Partit Laburista kien hemm id-deputat Mexxej Dr Toni Abela u l-kelliema ghall-familja u l-ugwaljanza Dr Justyne Caruana.
|