|
Bhala Partit Laburista nemmnu li l-istorja ta’ Clayton Micallef m’ghandhiex taqa` fuq widnejn torox. Jekk il-Gvern komdu b’sitwazzjoni bhal din fejn zaghzugh b’dizabilita ta’ 24 sena spicca f’San Vincenz de Paul - istituzzjoni li certament mhix addattata ghac-cirkostanzi tieghu - ahna certament niddeploraw atteggjament bhal dan.
Il-problema ta’ Clayton torigina mill-fatt li l-Gvern ma ghandux ghad-dispozizzjoni tieghu r-rizors uman biex ikun jista` joffri s-servizz ta’ home help. Din il-problema ma ffaccjahiex Clayton biss imma hija problema li qed jiffaccjaw hafna familji Ghawdxin u Maltin li ghandhom persuna b’dizabilita d-dar. Hafna huma dawk it-talbiet ghall-ghajnuna fid-djar minn familji ta’ persuni b’dizabilita` li ilhom pendenti ghal xhur u sahansitra snin.
Ir-raguni rikorrenti dejjem tkun li l-Gvern m’ghandux rizorsi materjali u umani biex din l-ghajnuna tinghata. Hija problema li dan il-Gvern ilu snin twal ikaxkar saqajh dwarha u issa spiccajna f’sitwazzjoni fejn minhabba n-nuqqas ta’ rizorsi u nuqqas ta’ post adegwat ta’ l-istat biex jigu trattati u milqugha kazijiet bhal dawn, dan iz-zghazugh spicca f’San Vincenz.
Hemm hafna kazijiet ohrajn ta’ persuni b’dizabilita` li ma gewx trattata b’mod xieraq u spiccaw f’istituzzjonijiet mhux adattati u idoneji ghall-kundizzjoni taghhom. Il-persuni b’dizabilita` ghandhom id-drittijiet taghhom u hemm bzonn li jkun hemm titjib sostanzjali fil-kwalita` tal-hajja taghhom u attitudni iktar pozittiva li ghandha tissarraf f’azzjoni konkreta biex verament dawn id-drittijiet jigu mharrsa u msahha.
Id-drittijiet mhumiex karita` u jekk il-Gvern jitkellem hafna dwar l-inkluzjoni, dan huwa l-mument opportun li bil-fatti jwettaq dak li jghid.
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghall-Familja u l-Ugwaljanza
|