|
Gvern Laburista gdid wara l-elezzjoni generali li jmiss se jkun
impenjat li johloq ix-xoghol f’Ghawdex permezz ta’ l-izvilupp tat-turizmu. Dan qalu dal-ghodu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt li kien qieghed jindirizza attivita` socjali fir-Rabat, Ghawdex organizzata mill-Kumitat Distrettwali Laburista t’Ghawdex.
Dr Sant qal li Ghawdex ghandu potenzjal kbir u l-Partit Laburista qieghed jahdem minn issa biex fuq progetti f’dan is-settur li joholqu opportunitajiet ta’ xoghol ghall-Ghawdxin. Ghall-Partit Laburista s-settur tat-turizmu f’Ghawdex huwa l-mutur li jista johloq ix-xoghol u ghalhekk jinhtieg imbottatura kbira.
Fost l-ohrajn il-Partit Laburista qieghed jghid mil-lum li wara l-elezzjoni generali li jmiss jaghti s-sussidju lis-servizz tal-helikopter li jaqsam bejn iz-zewg gzejjer biex iktar turisti idumu iktar f’Ghawdex u b’hekk jinholqu opportunitajiet ta’ xoghol godda.
Il-Partit Laburista ghandu l-ikbar kredenzjali biex fis-settur tat-turizmu jilhaq il-miri li qed jaghmel. Dr Sant fakkar kif bejn l-1996 u l-1998 gvern Laburista rega gab lejn pajjizna l-kumpanija Frosch li gabet maghha eluf ta’ turisti li hafna minnhom zaru wkoll Ghawdex u b’hekk inholqu opportunitajiet godda tax-xoghol.
Il-Mexxej Laburista sahaq li Ghawdex illum ukoll ghandu bzonn l-opportunitajiet ta’ xoghol. Il-Partit Laburista ma jiehu gost xejn jisma li hemm zghazagh Ghawdxin li qed jippjanaw li jemigraw ghaliex ma jistghux isibu jahdmu f’Ghawdex kif ma jiehu gost xejn jisma wkoll li numru ta’ azjendi Ghawdxin ma jistghux izommu fil-wicc minhabba nuqqas ta’ xoghol.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista jrid jaghmel id-differenza ghall-ahjar anki f’Ghawdex. F’dan il-kuntest il-Mexxej Laburista semma l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-11 ta’ Marzu u qal li l-kandidati Laburisti f’Ghawdex jimporthom minn dak li qed ihossu l-familji Ghawdxin u jridu li jaghtu l-kontribut taghhom biex itejbu l-kwalita` tal-hajja. Ghalhekk il-Partit Laburista, qal Dr Sant, b’wiccu minn quddiem jappella lill-Ghawdxin li jghixu fis-Sannat, l-Gharb u Victoria biex huma wkoll fil-11 ta’ Marzu jaghzlu Labour.
L-attivita socjali ta’ dal-ghodu kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Generali Laburista Jason Micallef, mid-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana u mill-kandidat Laburista Joe Cordina.
Jason Micallef qal li l-Partit Laburista jrid isostni u jsahhah il-pozizzjoni tieghu fil-lokalitajiet Ghawdxin. Dr Anton Refalo sostna li gvern Laburista gdid jsewwi l-ingustizzji li qed isiru f’Ghawdex. Dr Justyne Caruana qalet li fl-ahhar gimghat fl-isptar generali t’Ghawdex lanqas kien hemm mishun. Joe Cordina qal li iktar ma jghaddi zmien iktar qed johrog kemm it-tmexxija tal-gvern Nazzjonalista hija ibbazata fuq l-ingann.
|