|
Il-Partit Laburista illum wara nofs in-nhar nieda abbozz ta’ pjan ta’ zvilupp ghal Ghawdex bhala regjun. F’konferenza ta’ l-ahbarijiet f’Ghawdex, il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-mira ewlenija ta’ dan il-pjan Laburista hija dik li jinholoq ix-xoghol f’Ghawdex ghall-Ghawdxin f’oqsma bhat-turizmu, il-manifattura, l-artigjanat, il-biedja u s-sajd fost l-ohrajn.
Dr Sant qal li l-pjan Laburista jitlaq mill-punt li Ghawdex ghandu bzonn identita` regjonali. Il-pjan Laburista jaghmel analizi dokumentata u ibbazata fuq cifri ufficjali ta’ l-izviluppi ekonomici u socjali f’Ghawdex. Il-Mexxej Laburista iddeskriva din l-analizi bhala l-ahjar li qatt saret fl-ahhar snin, waqt li zied li minn din l-analizi johrog car li l-identita t’Ghawdex bhala regjun fl-ahhar snin giet imminata. Ghalhekk Ghawdex illum ghandu bzonn tmexxija li tasserixxi t-twemmin tal-Partit Laburista f’Ghawdex bhala regjun.
Il-Partit Laburista, qal Dr Sant qed jipproponi li jitwaqqaf Kunsill Regjonali ghal Ghawdex li jkollu l-ghan li jgib ‘il quddiem l-izvilupp socjali u ekonomiku t’Ghawdex. Dan il-Kunsill ifassal u jassigura l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ zvilupp ghal Ghawdex waqt li jkollu rapprezentanza fuq bordijiet nazzjonali u wkoll fuq il-Kunsill Malti ghall-iZvilupp Ekonomiku u Socjali. Dwar il-Ministeru ghal Ghawdex, il-pjan Laburista jghid li dan jinghata l-funzjoni tal-fergha ezekuttiva tal-Kunsill Regjonali biex iwettaq il-pjan ta’ zvilupp socjali u ekonomiku.
Dr Sant qal li l-pjan Laburista jitkellem ukoll dwar il-htiega ta’ statut fiskali u finanzjarju bil-għan li Ghawdex jingħata kumpens għall-iżvantaġġi permanenti li għandu. Dan l-istatut jipprovdi inċentivi fiskali lil intrapriżi żgħar fl-oqsma tat-turizmu, tal-manifattura, tal-artiġjanat, tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd. L-istatut jahseb ukoll f’incentivi ghal għarajjes, miżżewġin u familji b’genitur wiehed għax-xiri ta’ l-ewwel residenza tagħhom.
Il-pjan Laburista jitkellem dwar it-twaqqif ta’ Awtorita’ Għawdxija tat-Turiżmu u dwar il-htiega li jingħata sussidju ghas-servizz tal-helikopter. L-istess pjan isemmi l-bzonn ta’ l-estensjoni tax-xtut ramlin ta’ Marsalforn u x-Xlendi u dwar il-bini ta’ golf course. Dr Sant zied li l-pjan Laburista jitkellem ukoll dwar il-htiega li f’Ghawdex jinbena Ċentru Komunali Reġjonali, li jiġi identifikat sit għal bini ta’ qasam residenzjali għal akkomodazzjoni soċjali, li jiġi rijabilitat il-qasam industrijali tax-Xewkija, li tiġi allokata art għal industriji żgħar u li jsir titjib fis-sistema tat-toroq.
Fil-qasam edukattiv, qal Dr Sant, il-pjan Laburista jghid li ghandhom isiru korsijiet ġodda fic-Ċentru tal-Universita’ u fl-MCAST f’Għawdex waqt li ghandu jingħata sussidju speċjali lill-istudenti Għawdxin fl-Universita’ f’Malta u fl-MCAST li jsegwu korsijiet f’oqsma speċifiċi bħalma huma dawk relatati max-xjenza u mal-innovazzjoni. Dwar il-qasam tas-sahha l-pjan Laburista jsemmi fost l-ohrajn il-htiega li jinxtara apparat mehtieg ghal servizz ahjar fl-isptar waqt li jsir tqassim gdid tas-swali fl-istess sptar.
Il-pjan Laburista jipproponi wkoll l-iżvilupp fiz-zona f’ta’ Xħajma ta’ centru ta’ rikrejazzjoni u sport, u r-revizjoni u t-tishih ta’ l-għajnuna lill-ARKA u lill-OASI. Dr Sant qal li l-abbozz ta’ pjan li l-Partit Laburista nieda illum ghandu jipprovdi pjattaforma soda biex issa jibda process twil ta’ konsultazzjoni kemm fi hdan il-Partit Laburista nnifsu u wkoll mas-socjeta civili, bil-ghan li f’Lulju dan l-abbozz jitressaq ghall-approvazzjoni tal-Konferenza Generali Laburista, li l-ahhar seduta taghha se titlaqqa f’Ghawdex stess.
Il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-kelliem ewlieni Laburista ghar-regjun t’Ghawdex, Dr Anton Refalo li qal li mill-fatti li johorgu mill-pjan Laburista johrog car li l-gvern m’ghandux interess attiv fl-izvilupp t’Ghawdex waqt li t-tmexxija t’Ghawdex fl-ahhar snin marret il-bahar. Dr Refalo fakkar li kien gvern Laburista li l-ewwel li fassal pjan regjonali ghal Ghawdex fl-1998 izda issa wara 8 snin inhass il-bzonn li jitfassal pjan gdid ghaliex Ghawdex mar wisq lura. Minn naha tal-gvern Nazzjonalista minkejja li ilu snin iwieghed pjan ta’ zvilupp ghal Ghawdex, baqa ma hareg b’xejn.
Fil-hin tal-mistoqsijiet tal-gurnalisti Dr Sant qal illi kieku l-Prim Ministru Gonzi verament jemmen fir-regjonalita t’Ghawdex imissu wettaq wahda mill-kundizzjonijet tad-dikjarazzjoni dwar Ghawdex li giet mehmuza mat-trattat ta’ shubija ta’ Malta fl-UE. Il-Mexxej Laburista qal li l-paragrafu finali ta’ did-dikjarazzjoni jgħid li qabel ma’ l-UE tiddeċiedi fuq budget ġdid, Malta titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tirapporta dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta’ Għawdex.
L-ewwel rapport dwar Għawdex kellu jsir qabel il-budget ta’ l-UE għas-snin 2007 - 2013 li għandu jiġi adottat din is-sena. Il-gvern ta’ Dr Gonzi iżda, sahaq Dr Sant, naqas li jitlob dan ir-rapport u l-prospetti ta’ Għawdex fl-Ewropa minflok iċċaraw komplew jiċċajpru. Il-Mexxej Laburista qal li l-Prim Ministru jmissu jisthi li m’ghamilx dak li kellu kull dritt jaghmel u ghandu jieqaf juza lil Ghawdex f’gimmick politiku mahsub biss biex iwassal ghal tibdil fid-distretti li hemm bhal issa, li huma l-ahjar fl-ahhar 30 sena. Il-verita` hija li l-gvern Nazzjonalista ma jimportahx minn Ghawdex.
Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll id-deputata Laburista Ghawdxija Dr Justyne Caruana u l-whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi. Kopja tal-pjan Laburista ghal Ghawdex tista tinkiseb minn fuq il-website tal-Partit Laburista www.mlp.org.mt fis-sezzjoni tar-rizorsi.
|