|
Id-deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Parlament Dr Charles Mangion qal li l-Konferenza Generali li l-Partit Laburista se jlaqqa l-gimgha d-diehla se tkun importanti hafna ghaliex se tkun qed turi kif il-Partit Laburista se jkun qieghed igib il-bidla u joffri l-wens.
Meta kien qieghed jindirizza konferenza politika fic-Centru Nazzjonali Laburista bit-tema Qrib il-Poplu Pjan Laburista Bidu Gdid Dr Mangion qal li l-Partit Laburista qieghed joffri direzzjoni lil pajjizna. Qieghed jipprovdi pjan ghal rigenerazzjoni ekonomika u socjali. Il-Partit Laburista qieghed jaghti s-sahha lill-familji biex dawn iharsu lejn il-futur b’tama.
Fid-diskors tieghu Dr Mangion talab lill-Prim Ministru jaghti spjegazjzoni ghaliex wara ftit tax-xhur Gordon Cordina tefa r-rizenja tieghu minn direttur ta’ l-ufficcju nazzjonali ta’ l-istatistika. Id-deputat Mexxej Laburista fakkar kif meta fl-ahhar budget il-Partit Laburista kien ikkwota minn stqarrija ta’ l-ufficcju ta’ l-iStatistika, cifra dwar id-deficit fl-1996, l-istess ufficcju irreveda, wara sentejn u nofs, din ic-cifra ghaliex qal li kien ha zball ta’ Lm80 miljun.
F’Dicembru li ghadda imbaghad l-istess ufficcju irreveda statistika li kienet ippublikata tlett xhur biss qabel, dwar it-tkabbir ta’ l-ekonomija fl-ahhar 10 snin. Ghas-snin bejn l-1996 u l-2003 it-tkabbir ta’ l-ekonomija gie rivedut ‘l isfel waqt li mill-2004 sal-lum, meta Lawrence Gonzi kien il-Prim Ministru, it-tkabbir ta’ l-ekonomija gie rivedut ‘il fuq.
Revizjoni ohra saret dwar ic-cifri tax-xoghol. F’Gunju li ghadda, l-ufficcju ta’ l-iStatistika kien qal li bejn Gunju 2005 u Gunju 2006 l-impjiegi zdiedu b’1,000. Ma dan kollu dax-xahar l-istess ufficcju hareg jghid li fit-tlett xhur ta’ wara, bejn Gunju u Settembru 2006, l-impjiegi zdiedu b’4,000 u li iktar minn 3,000 minnhom kienu fis-settur tan-negozju. Anki l-GRTU ma emmnitx dan. Dr Mangion qal li wiehed bil-fors jistaqsi kif qed isiru dawn il-mirakli mill-ufficcju nazzjonali ta’ l-iStatistika.
Il-konferenza politika kienet indirizzata wkoll mid-deputata Laburista Dr Justyne Caruana li tkellmet dwar il-proposti tal-Partit Laburista fil-pjan tieghu ghaz-zghazagh. Dr Caruana qalet li l-Partit Laburista qieghed jipproponi l-izvilupp ta’ Karta Zghazagh, fejn iz-zghazagh kollha li japplikaw ghaliha jkunu intitolati ghal rohs u vantaġġi fix-xiri ta’ ħtiġijiet edukattivi, sportivi u kulturali.
Proposta ohra hija dik li jitwaqqaf fond nazzjonali ghal tahrig kontinwu biex il-ħaddiema jaġġornaw il-ħiliet tagħhom skond l-eżiġenzi tas-settur. Se jkun zviluppat ukoll servizz ahjar ta’ guidance biex jghin liz-zghazagh jaghmlu l-ghazliet taghhom kif ukoll taghlim u tahrig li jippreparaw liz-zghazagh ghad-dinja tax-xoghol u ghad-drittijiet taghhom.
Gvern Laburista jnaqqas t-taxxa tal-bolla fuq l-ewwel dar li tkun se tintuza bhala l-unika u ordinarja residenza mill-koppji zghazagh u se jzid ir-rifuzjoni ta’ VAT fuq xoghol u materjal fuq l-ewwel dar. Dr Caruana qalet li gvern Laburista jizviluppa wkoll skema ta’ inċentivi li bihom iż-żgħażagħ ma jħallsux il-bolla kontributorja fl-ewwel sentejn minn meta jiftħu negozju.
Se jitwaqqaf ukoll Centru Nazzjonali ghaz-Zghazagh u fuq medda itwal ta’ zmien issir hidma biex permezz ta’ finanzjament Ewropew jinfetah Centru Ewropew ghaz-Zghazagh. Gvern Laburista jiftah ukoll diskussjonijiet dwar il-possibilita` ta’ ftuh ta’ hostel ghall-istudenti Ghawdxin li jistudjaw f’Malta. Fl-istess hin ghall-istudenti u haddiema Ghawdxin, l-istudent grants u l-allowances jithallsu fi zmien ragonevoli, qalet Dr Justyne Caruana.
|