|
L-Assocjazzjoni ta’ l-istaff akkademiku ta’ l-Universita ta’ Malta (UMASA) taqbel mal-Partit Laburista u hija mhassba li Malta qed tispicca fil-qiegh f’dawk li huma miri edukattivi ta’ l-UE. Dan it-thassib intwera minn delegazzjoni ta’ l-UMASA f’laqgha ta’ konsultazzjoni li kellha ma’ delegazzjoni tal-Partit Laburista dwar l-abbozz ta’ pjan Laburista Pjan ta’ politika ghall-qasam edukattiv f’Malta u Ghawdex.
Dr Victor Buttigieg f’isem l-UMASA qal li s-settur ta’ l-edukazzjoni ghandu importanza fundamentali ghal pajjizna iktar u iktar ghaliex l-unika rizorsa taghna hija dik umana, u ghalhekk hemm bzonn li permezz ta’ l-edukazzjoni, ninvestu f’din ir-rizorsa. L-UMASA temmen li l-investiment fl-edukazzjoni ghandu jsir f’kull livell.
Kien hawnhekk li Dr Buttigieg esprima t-thassib ta’ l-UMASA dwar dawk li huma n-numru baxx ta’ gradwati f’pajjizna meta mqabbel ma’ pajjizi ohra u dwar ir-rizultati xejn tajba li pajjizna qed jikseb fl-oqsma tax-xjenza, t-teknologija, l-innovazzjoni u r-ricerka.
Minn naha tieghu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-Partit Laburista huwa wkoll inkwetat bil-fatt li pajjizna mhux jilhaq il-miri fl-istrategija ta’ Lisbona ta’ l-UE. Il-Partit Laburista jemmen li b’mod urgenti ghandu jkun hemm inizjattivi mahsuba biex pajjizna ma jibqax fl-ahhar post fejn jidhlu x-xjenza, t-teknologija ta’ l-informatika, ir-ricerka u l-innovazzjoni.
Dr Sant qal li ma nistghux minn naha nghidu li l-aqwa rizorsa ta’ pajjizna huma l-bnedmin, izda minn naha l-ohra meta mqabbel ma’ pajjizi ohra, pajjizna mhux jaghti bizejjed mezzi edukattivi liz-zghazagh taghna biex ikunu jistghu jikkompetu fid-dinja tax-xoghol.
Il-Partit Laburista minn naha tieghu se jizgura li l-investiment fl-edukazzjoni jibqa` priorita, kif ghamel bejn l-1996 u l-1998. Fl-istess hin imbaghad ghandu jkun zgurat li r-rizorsi fl-edukazzjoni jithaddmu b’mod efficjenti u bis-sehem ta’ dawk kollha involuti.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista jinsab inkwetat ukoll bir-rata ta’ illitterizmu u din il-problema trid tkun affrontata b’mod immedjat u qawwi. Fl-edukazzjoni ghandu jkun hemm tigdid fil-kontinwita bil-ghan li jkun hemm titjib sostanzjali fi zmien accettabbli.
Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll is-Segretarju Generali Jason Micallef, il-kelliem ewlieni ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh Carmelo Abela u l-kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura Dr Justyne Caruana.
|