It-turizmu f’Ghawdex jista jkollu futur - Dr Alfred Sant

(20-04-2006)

Mhu veru xejn li t-turizmu f’Ghawdex m’ghandux futur. Ghall-kuntrarju t-turizmu f’Ghawdex ikollu futur jekk ix-xoghol li jaghmlu l-imprendituri Ghawdxin u ohrajn, flimkien mal-haddiema Ghawdxin, jinghata kull rikonoxximent u appogg. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt zjara li ghamel fil-lukanda Calypso f’Marsalforn Ghawdex, bhala parti mill-programm ta’ attivitajiet li l-Partit Laburista qieghed jorganizza ghal Jum il-Haddiem.

Il-Mexxej Laburista qal li Ghawdex hemm bzonn li jigi mibjugh bhala destinazzjoni bil-karatteristici tieghu. Dan ghadu mhux jigri. Ghawdex ghandu bzonn ukoll rabtiet bl-ajru li jkunu bi prezzijiet kompetittivi u li jkunu regolari u li jkunu efficjenti. Dan mhux isir lanqas.

Dr Sant qal li l-Partit Laburista jerga jsostni r-rieda tieghu li jaghti sussidju ragjonevoli u effettiv ghal trasport bil-helikopter ta’ turisti lejn Ghawdex, haga li tista ssir anki skond ir-regoli ta’ l-UE. F’temp ta’ 6 xhur mill-hatra ta’ gvern Laburista gdid, jibda jinghata sussidju bhal dan.

Dr Sant tkellem ukoll dwar l-importanza tat-turizmu Malti ghal Ghawdex li jkun marbut ma’ vaganzi f’lukandi Ghawdxin li jkunu tajba u kompetittivi. L-ideat ghal affarijiet bhal dawn jezistu izda mhux ikun hemm emfasi u impenn minn naha tal-gvern, sostna l-Mexxej Laburista, biex jassigura li ideat bhal dawn jimxu ‘l quddiem b’kollaborazzjoni shiha mas-settur privat ghall-gid u ghall-izvilupp tat-turzimu f’Ghawdex.

Il-Partit Laburista jibqa` impenjat favur kull hidma biex it-turizmu johloq opportunitajiet godda ta’ xoghol ghaz-zghazagh u l-haddiema Ghawdxin. Dwar il-lukanda Calypso, Dr Sant qal li din il-lukanda tikkonferma kif progett tat-turizmu f’Ghawdex, b’inizjattiva u rieda shiha, jista jkollu spazju fejn jimxi ‘l quddiem.

Minn naha tieghu Michael Caruana, shareholder fil-lukanda Calypso tkellem dwar id-diffikultajiet li s-settur turistiku Ghawdxi jhabbat wiccu maghhom bejn Jannar u Marzu u qal li hemm bzonn li tittiehed azzjoni biex dil-problema tkun indirizzata. Dwar is-servizz tal-helikopter, is-sur Caruana qal li l-prezz huwa gholi u kieku t-tariffi jkunu ahjar milli huma llum, zgur li jsir hafna iktar uzu minnu.

Is-sur Caruana semma wkoll il-htiega li hekk kif investitur barrani li jkun qed juri interess li jinvesti f’pajjizna, ghandu hafna incentivi, jinhtieg li l-investitur lokali jinghata trattament simili u jinghata motivazzjoni. Dwar iz-zjara tal-Mexxej Laburista, is-sur Caruana qal li din kienet zjara pozittiva ghaliex mieghu setghu jiddiskutu l-problemi li qed ihabbtu wicchom maghhom u l-andament tax-xoghol taghhom.

Il-lukanda Calypso ilha topera sa mill-1967 u tlett snin ilu ghaddiet minn xoghol qawwi ta’ rinovar bi spiza ta’ Lm3 miljun. Il-lukanda timpjega 65 haddiem full time u 10 part time u ghas-sajf dan in-numru jitla ghal 90. Prezenti ghall-attivita` ta’ dal-ghodu ghan-naha Laburista kien hemm il-kelliema ghat-turizmu, Evarist Bartolo u Joseph Cuschieri, id-deputati Ghawdxin Anton Refalo u Justyne Caruana u s-Segretarju Internazzjonali Joe Mifsud waqt li flimkien mas-sur Caruana, kien hemm ukoll is-sur Joe Muscat, General Manager tal-lukanda Calypso.

© 2008 - Justyne Caruana