Tislima lil Ragel

(22-06-2006)

Insellmu lil Frans Baldacchino l-Budaj. Il-Budaj, kif kien maghruf, zgur li ta kontribut kbir u validu fit-tixrid tal-kultura tradizzjonali Maltija, mhux biss f’pajjizna, imma wkoll fost hutna l-emigranti f’pajjizi ohra. Frans kien artist komplet, fejn mhux biss kien ghannej u poeta, imma kien ukoll skultur u pittur.

Is-socjeta’ Maltija bil-mewt tieghu, ma tilfitx biss persuna li ferrah lin-nies bil-ghana, l-kant u l-poezija tieghu, imma tilfet ragel li kellu valuri sodi u cari. Kien persuna li jinteressah mill-bzonnijiet tal-haddiema u n-nies tax-xoghol, l-aktar dawk li huma ‘l isfel fis-socjeta’. Hu wastess kien haddiem u allura esperjenza mill-qrib xi tfisser tbatija.

Ghalhekk, minbarra li nfakkru l-memorja tieghu, u nirringrazzjawh ta’ dak kollu li ghamel, naghtu l-kondoljanzi u s-solidarjeta’ taghna lill-mara Pawla u lill-familjari tieghu kollha f’dan il-mument difficli.



Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh



Dr. Justyne Caruana
Kelliema Laburista
dwar iz-Zghazagh, Sport u Kultura

© 2008 - Justyne Caruana