|
Bhala Kelliema tal-Partit Laburista ghall-Edukazzjoni, Zghazagh, Sport u Kultura, irridu pemezz ta’ din l-istqarrija nifirhu lill-isportivi li gew ippremjati fl-avveniment ta’ l-Ghazliet Sportivi Nazzjonali mill-Ghaqda Kittieba Sports (Malta).
Dawn l-atleti jimluna bil-kuragg u jgieghluna nemmnu aktar fil-potenzjal ta’ l-isportivi u atleti taghna. Pero` biex dan jissarraf b’mod konkret, ghandha tigi ntensifikata l-hidma fil-qasam sportiv u nharsu lejn l-isport f’pajjizna fuq livelli aktar professjonali.
Filwaqt li nkomplu nheggu lill-atleti u sportivi taghna sabiex ikomplu jistinkaw biex jghollu l-livelli taghhom u jiksbu iktar successi kemm ghalihom infushom kif ukoll ghal pajjizna, nwieghdu kull appogg u ghajnuna possibbli. Dan sabiex kull sportiv u atleta f’pajjizna li ghandu potenzjal naghtuh kull opportunita` sabiex jopera fuq livell, strutturi u ambjenti iktar professjonali.
Awguri mill-gdid lill-atleti u sportivi kollha li gew ippremjati u dawk li gew nominati u nirringrazzjawhom minn qalbna tas-sodisfazzjon li jaghtuna lilna lkoll bhala poplu Ghawdxi u Malti.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista
ghaz-Zghazagh,Sport u Kultura
|