![]() |
||||
|
Stqarrija
dwar l-Isport |
||||
|
Bhala Oppozizzjoni ninsabu mhassba dwar dak li hu ghaddej minnu l-qasam sportiv f’pajjizna. Mhux biss ghax dan spicca mitluf f’Ministeru enormi li jinkorpora fih l-Edukazzjoni u l-qasam tax-Xoghol, izda ghax jidher li l-problemi qed joktru u mhux jonqsu. Fi zmien meta kulhadd jaqbel li ghandna nzidu l-isforzi taghna biex aktar nies, inkluz tfal, jipprattikaw xi tip ta’ sport jew jaghmlu xi tip ta’ ezercizzju, jidher li l-ghodda, nkluz rizorsi finanzjarji qed jonqsu u jitnaqqru. Id-diffikultajiet li jezistu bejn il-Kunsill Malti ghall-Isport u l-Kumitat Olimpiku Malti zgur li mhux qed ighinu biex l-isport jimxi ‘l quddiem. L-Oppozizzjoni Laburista, meta kienet qed tigi diskussa l-ligi ta’ l-isport kienet wissiet u gibdet l-attenzjoni tal-gvern minn problemi li jistghu jinqalghu bejn l-oghla zewg awtoritajiet fil-qasam sportiv Malti. Dak iz-zmien il-gvern ma tax kaz u llum ninsabu ffacjati b’dawn il-problemi. Sabiex tinstab soluzzjoni huwa mehtieg li l-gvern jintervjeni billi jara x’inhuma l-problemi, anke fid-dawl ta’ l-obbligi internazzjonali li ghandu pajjizna fil-qasam sportiv, u mhux billi jiehu pozizzjoni favur jew kontra xi hadd jew xi whud. Ahna bhala Oppozizzjoni
serja u kostruttiva lesti li naghtu l-ghajnuna taghna ghall-gid tal-isport
f’pajjizna. Ghal
dan il-ghan ser nitolbu laqghat separati kemm mal-Kunsill Malti ghall-Isport
kif ukoll mal-Kumitat
Olimpiku Malti.
|
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|