|
Nixtiequ nifirhu lill-atleti u lill-kontingent kollu li hadu sehem fil-loghob ta’ l-iSpecial Olympics li saru f’Beijing gewwa c-Cina. Ghal darb’ohra kienet partecipazzjoni li mhux biss tat sodisfazzjon lill-atleti, amministraturi u qraba, izda anke lill-poplu Malti li kellu l-opportunita` li jsegwi dan il-loghob.
Nifirhu wkoll lil dawk l-atleti li rebhu midalja u ghalhekk raw l-isforzi taghhom jigu ppremjati bir-rebh ta’ xi midalja. Inhossu li l-atleti kollha huma rebbieha ghax kienu rapprezentanti denji ta’ pajjizna. Zgur li dawn l-atleti u ohrajn bhalhom haqqhom kull appogg u sostenn halli jkomplu jipprattikaw l-isport favorit taghhom.
Ftit taz-zmien ilu l-Partit Laburista approva stqarrija ta’ vizjoni fuq l-isport fejn wahda mill-miri li ssemmiet u li tista’ tintlahaq anke permezz ta’ l-isport hija l-inkluzjoni socjali. F’dan l-istess dokument il-Partit Laburista qed jaghmel ma’ l-erbghin proposta li l-iskop taghhom huwa li jgibu titjib fl-edukazzjoni u fl-attivita` sportiva kemm fl-iskejjel, fil-komunita` kif ukoll fost l-ghaqdiet u l-assocjazzjonijiet sportivi kollha.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista
dwar l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr. Justyne Caruana
Kelliema Laburista dwar
iz-Zghazagh, Sport u Kultura
|