|
Waqt li l-Partit Laburista jaccetta l-istruttura tal-MCAST u jrid jara titjib fil-hidma taghha, jemmen li l-istess MCAST ghandu jaghmel emfasi kbira fuq il-htiega li jimtela l-vojt li inholoq fost certi saffi ta’ studenti bl-gheluq ta’ l-iskejjel tas-snajja. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta delegazzjoni mill-Partit Laburista iltaqghet ma’ delegazzjoni mill-bord tal-gvernaturi tal-MCAST dwar l-abbozz ta’ pjan Laburista Pjan ta’ politika ghall-qasam edukattiv f’Malta u Ghawdex.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista jaghti importanza kbira lill-edukazzjoni teknika. Il-Partit Laburista huwa interessat hafna fil-hidma li qed issir mill-MCAST u interessat ukoll ikun jaf x’hidma qed isir biex l-MCAST jimla l-vojt li inholoq bl-gheluq ta’ l-iskejjel tas-snajja. Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-htiega li tinstab soluzzjoni ghal dil-problema.
Matul il-laqgha Dr Sant semma wkoll il-htiega li r-rikonoxximent minn naha ta’ l-Universita tal-kwalifici tal-MCAST jinghata priorita bil-ghan li l-edukazzjoni teknika gholja timxi id f’id ma’ l-edukazzjoni akkademika u Universitarja.
Minn naha tieghu l-President tal-bord tal-gvernaturi tal-MCAST, Paul Attard, qal li l-MCAST irnexxilu fi zmien relattivament qasir ipoggi l-edukazzjoni u t-tahrig vokazzjonali fuq bazi soda, ghalkemm ghad fadal xi jsir.
Is-sur Attard qal li matul l-ahhar hames snin kien hemm zieda sostanzjali fin-numru ta’ studenti li qed isegwu xi kors fl-MCAST. Matul is-sena d-diehla l-MCAST se jkun qed joffri 89 kors full time f’Malta u 13 f’Ghawdex.
Il-President tal-bord tal-gvernaturi tal-MCAST qal li wara li qraw l-abbozz ta’ pjan Laburista dwar l-edukazzjoni jinsabu kunfidenti li l-MCAST qed jimxi fid-direzzjoni li l-partiti politici ewlenin f’pajjizna jistennew minnu.
Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll is-Segretarju Generali Jason Micallef u l-kelliema ghaz-zghazagh, sport u kultura Dr Justyne Caruana.
|