|
Nikkundannaw il-mod li bih seba haddiema tal-Maltapost Ghawdxin li jahdmu f’Ghawdex, permezz ta’ ittra, gew ordnati biex mil-lum ghal ghada jirraportaw ghax-xoghol f’fergha tal-Maltapost f’Malta. Skond il-Maltapost din id-decizjoni ttiehdet minhabba li mhux vijabbli ghall-Maltapost li zzom dawn il-haddiema f’Ghawdex u minhabba l-esigenzi ta’ l-istess Maltapost.
Din id-decizjoni hija konsegwenza ta’ pjan li kellu jibda jitwettaq sena ilu fejn il-Maltapost kellha tnaqqas il-haddiema. Fil-fatt kienet giet anki cirkolata ittra interna fejn kien gie specifikat in-numru ta’ haddiema li kellhom jigu dikjarati bhala redundant izda kif kien stqarr ic-chief executive tal-Maltapost din id-decizjoni giet posposta ghaliex kienet waslet l-elezzjoni.
Issa li l-elezzjoni ghaddiet qed jittiehdu decizjonijiet li huma ta’ detriment ghall-haddiema, bil-maqlub ta’ kif kien imwieghed qabel l-elezzjoni, fejn kien imwieghed iktar x-xoghol ghall-Ghawdxin f’Ghawdex stess. Illum il-gvern Nazzjonalista minflok igib ix-xoghol lejn Ghawdex qed jibghat lill-haddiema Ghawdxin lejn Malta. Dan il-kaz tal-haddiema tal-Maltapost mhux l-ewwel wiehed. Diga kien hemm haddiema tal-PBS li ghaddew mill-istess esperjenza.
Il-mod kif qed jigu trattati dawn il-haddiema Ghawdxin tal-Maltapost huwa wiehed inuman u ma jawgurax tajjeb ghas-sitwazzjoni generali tal-kundizzjonijiet tal-haddiema u ghas-servizz offrut mill-Maltapost. Ghal darba ohra qed jerga` jkun ikkonfermat kemm bil-politika tal-gvern Nazzjonalista qed jispiccaw ikunu l-haddiema li jgorru l-pizijiet ta’ l-inkompetenza ta’ min jinghata eluf kbar ta’ liri biex imexxi izda fl-ahhar mill-ahhar jispicca ma jasal imkien.
Din hija politika ingusta u inaccettabli u hija opposta ghall-kuncett li Ghawdex jigi trattat bhala regjun, kuncett li l-Partit Laburista tant hadem ghalih. Insostnu li dawn il-haddiema Ghawdxin m’ghandhomx ikunu vittmi ta’ ristrutturar bla hsieb u tan-nuqqasijiet tal-management tal-Maltapost. Waqt li nuru s-solidarjeta` taghna ma dawn il-haddiema, qed noffru l-ghajnuna kollha possibli lil dawn l-istess haddiema sabiex id-drittijiet taghhom jigu mharsa.
Stqarrija mill-kelliem ewlieni Laburista ghas-Servizzi Infrastrutturali Joe
Mizzi, mill-kelliem ewlieni Laburista ghar-regjun ta’ Ghawdex Dr Anton Refalo u mid-deputata Laburista Ghawdxija Dr Justyne Caruana.
|