|
Wara li nhar is-Sibt li ghadda Malta kisbet l-aghar rizultat li
qatt gibna fil-Eurovision Song Festival li sar f’Ateni gewwa l-Grecja, inhossu li c-chairman flimkien mal-board tal-Malta Song ghandhom jirrizenjaw minnufih. Jidher car li l-hidma li suppost wettqu l-membri kollha ta’ l-istess board ma tatx il-frott mixtieq u dan minkejja l-eluf ta’ flus li ntefqu.
Barra minn dan, ic-cirkustanzi prezenti jaghtu ragun ukoll lill-Oppozizzjoni Laburista li l-bordijiet mahtura mill-Gvern Nazzjonalista mhux qed jigu mahtura fuq kompetenzi, imma fuq hbiberiji u appogg lejn il-Gvern u l-Ministru koncernat. Hekk gara f’dan il-kaz. Fil-maggoranza taghhom il-membri mahtura fuq il-Malta Song Board gew mahtura minhabba kuntatti u hbiberiji li ghandhom mal-Gvern jew mal-Ministru, haga li mhux accettabbli.
Nappellaw lill-Gvern, anke fid-dawl tar-rizultat miksub, sabiex ikun aktar ghaqli u fil-qasam tal-kultura l-ghazliet ikunu ggwidati minn kompetenzi u hiliet u mhux ibbazati fuq politika partiggjana.
Fl-ahharnett, niehdu din l-opportunita` sabiex nawguraw lil Fabrizio Faniello li jkompli jkollu karriera sabiha fil-qasam tal-kant u nhossu li, minkejja r-rizultat miksub, m’ghandux jaqta’ qalbu u ghandu jhares ‘l quddiem b’kuragg.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr. Justyne Caruana
Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura
|