Dr Alfred Sant jiltaqa mar-Rettur ta’ l-Universita

(11-07-2006)

Il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant dal-ghodu iltaqa mar-Rettur ta’ l-Universita l-Professur Juanito Camilleri. Matul il-laqgha li saret fl-ufficcju ta’ Dr Sant fic-Centru Nazzjonali Laburista, z-zewg nahat iddiskutew fost l-ohrajn il-hidma ta’ l-Universita u l-abbozz ta’ pjan Laburista Pjan ta’ politika ghall-qasam edukattiv f’Malta u Ghawdex.

Ir-Rettur ta’ l-Universita tkellem dwar l-impenn li l-Universita tkompli tissahhah l-izjed fil-programmi taghha ta’ ricerka u ta’ wara l-gradwazzjoni. Il-Professur Camilleri qal li l-Universita hija attenta biex ma thallix in-numru dejjem jikber ta’ studenti fil-livell ta’ studju ghall-ewwel grad ibaxxu l-istandard jew ifixkluha fit-tishih tal-programmi ta’ ricerka u fit-twessiegh tal-korsijiet ta’ wara l-gradwazzjoni.

Ir-Rettur qal li l-Universita trid tkompli tibni rabtiet ma’ shab ohrajn fis-settur edukattiv, ma’ l-industrija u mas-socjeta civili kolha. Sahaq fuq l-importanza tal-MCAST u fuq il-bzonn li l-Universita tahdem id f’id mal-MCAST biex tassigura li l-istudenti jsibu l-korsijiet vokazzjonali jew akkademici li jaqblu l-aktar mal-kapacitajiet taghhom. Il-Professur Camilleri qal li jhossu inkoraggit li jara kunsens nazzjonali li jikkonferma l-importanza ta’ l-edukazzjoni fil-livelli kollha taghha.

Minn naha tieghu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-Partit Laburista jhares lejn l-Universita bhala istituzzjoni importanti hafna u krucjali ghal pajjizna u jirrikonoxxi l-hidma kollha li ssir minn dawk kollha li jahdmu f’din l-istituzzjoni. Fl-istess hin Dr Sant tkellem dwar it-thassib tal-Partit Laburista bil-fatt li pajjizna mhux jilhaq il-miri fl-istrategija ta’ Lisbona ta’ l-UE. Il-Partit Laburista jemmen li b’mod urgenti ghandu jkun hemm inizjattivi mahsuba biex pajjizna ma jibqax fl-ahhar post fejn jidhlu x-xjenza, t-teknologija ta’ l-informatika, ir-ricerka u l-innovazzjoni.

Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm is-Segretarju Generali Jason Micallef u l-kelliema ewlenija ghaz-zghazagh, sport u kultura Dr Justyne Caruana waqt li l-Professur Camilleri kien akkumpanjat mill-pro retturi ta’ l-Universita Dr Mary-Anne Lauri, il-Professur Richard Muscat u l-Professur Alfred Vella.

© 2008 - Justyne Caruana