|
Gvern Laburista gdid jinkawdra l-progett tar-regional park fi
Mgarr ix-Xini li qed isir bejn iz-zewg Kunsilli Lokali b’maggoranza Laburista f’Ghawdex, dawk tax-Xewkija u tas-Sannat, fil-qafas ta’ progett ikbar li ghall-harsien tal-widien f’Ghawdex u fis-sud ta’ Malta. Dan il-progett jaghmel parti mill-pjan ta’ politika ambjentali Laburista ghal Malta u Ghawdex. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta dal-ghodu kien qieghed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet flimkien mas-Sindki tax-Xewkija u tas-Sannat, Dr Monica Vella u Carmel Camilleri, fuq il-post fejn qed isir il-progett tar-regional park.
Is-Sindku tax-Xewkija spjegat kif iz-zewg Kunsilli holqu kumitat ta’ azzjoni li qieghed jahdem fuq dan il-progett tar-regional park fi Mgarr ix-Xini. Il-wied qed jitnaddaf u qed isir accessibli ghall-pubbliku biex jitgawda u jsir attrazzjoni ghat-turisti. Qed jinbnew hitan tas-sejjieh, jitpoggew bankijiet godda u jitrangaw passaggi ezistenti. Is-sajf li ghadda anki beda skavar mill-istudenti ta’ l-arkeologija fl-Universita’ ta’ Malta ta’ zona fi Mgarr ix-Xini li hija sit arkeologiku importanti.
Dr Vella tkellmet ukoll dwar l-investiment ta’ Lm110,000 li l-Kunsill Lokali b’maggoranza Laburista fix-Xewkija wettaq f’xoghol fuq toroq godda. Fil-qasam edukattiv, il-Kunsill Lokali fetah librerija pubblika waqt li kull sena jinxtraw il-kotba ghal din il-librerija. Fl-istess hin qed jinghata servizz ta’ internet mill-librerija u mill-ufficcju tal-Kunsill waqt li l-Kunsill organizza sensiela shiha ta’ korsijiet edukattivi.
Meta iktar kmieni indirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet fis-Sannat, fejn fil-11 ta’ Marzu se ssir l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali, Dr Sant qal li maggoranza Laburista f’din il-lokalita wettqet 84% ta’ dak li wieghdet tlett snin ilu. Kunsill Lokali b’maggoranza Laburista irranga toroq li jaqghu fir-responsabbilta’ tieghu u ghaddej xoghol fuq toroq ohrajn. Saru wkoll diversi bankini madwar ir-rahal kollu u anke tkompla x-xoghol ta’ tibdil ta’ bankini fil-housing estate Ta’ Seguna. Il-Kunsill qed jistenna wkoll li johrog il-permess biex minnufih jibda l-progett tal-Pjazza Santa Margerita, billi jsir it-tibdil tal-paviment u jinholoq immaniggjar tat-traffiku ahjar.
Fil-qasam ambjentali l-Kunsill Lokali tas-Sannat ghamel kampanji edukattivi sabiex kulhadd jaghti sehemu halli tizdied l-indafa fil-lokal. Fost is-servizzi offruti mill-Kunsill Lokali kien hemm skips-on-wheels f’diversi partijiet tar-rahal, li jitbatlu kuljum, open skips, gbir ta’ bulky refuse, gbir ta’ skart domestiku, separazzjoni ta’ l-iskart, knis tat-toroq fir-rahal u knis ta’ toroq fit-truf tar-rahal.
Dr Sant semma wkoll kif wiehed mill-impenji li kellu l-Kunsill Lokali Sannat kien il-harsien tat-tfal mill-periklu ghal sahhithom waqt id-dhul u l-hrug taghhom mill-iskola primarja fi Triq Sannat. It-triq fejn kienet l-entratura ghall-iskola hija l-iktar triq traffikuza fir-rahal. Ghalhekk il-Kunsill Lokali fetah entratura gdida ghall-iskola minn triq sekondarja.
Il-Mexxej Laburista semma wkoll il-progett tal-Kalkara tal-Gir li dahal ghalih il-Kunsill Lokali tas-Sannat b’maggoranza Laburista. Spjega kif wara li hargu l-permessi necessarji beda restawr ta’ din il-Kalkara tal-Gir biex jisahhah il-wirt kulturali u l-attrazzjonijiet turistici tal-lokalita. Dr Sant semma wkoll kif il-Kunsill Lokali tas-Sannat iffirma gemellagg mar-rahal ta’ Pisoniano mill-provincja ta’ Ruma, fl-Italja li permezz tieghu inholqu anki opportunitajiet edukattivi godda.
Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet Dr Sant tkellem ukoll dwar il-proposti li qed jaghmel il-Partit Laburista ghas-Sannat. Qal li maggoranza Laburista tkompli torganizza korsijiet edukattivi akkademici u ta’ snajja’ ghat-tfal u z-zghazagh kollha tas-Sannat. Tkompli tissahhah il-librerija u l-Kunsill jibqa’ jinvesti somma flus fis-sena ghall-kotba fil- waqt li jzomm kuntatt kontinwu mat-tmexxija ta’ l-iskola primarja, ta’ l-iskola tal-muzika u ta’ l-iskola ghat-tfal bi bzonnijiet specjali.
Fl-istess hin maggoranza Laburista isahhah l-action committee imwaqqaf mill-Kunsill flimkien ma’ l-ghaqdiet kollha tar-rahal biex ikun offrut l-ahjar ambjent edukattiv ghat-tfal. L-edukazzjoni ambjentali tkun prijorita’ ghal dal-Kumitat. Il-Kunsill Lokali ikompli wkoll jipprovdi trasport efficjenti ghat-tfal ta’ l-iskola tas-Sannat. Minn naha l-ohra, qal Dr Sant, skond il-finanzi disponibbli l-Kunsill ikompli jirranga t-toroq fil-lokal u jizgura li x-xoghol li jsir ikun accessibbli ghall-persuni bi bzonnijiet specjali waqt li jkompli jorganizza trasport b’xejn ghall-anzjani ghad-day care centre f’Ghajnsielem.
Minn naha tieghu s-Sindku tas-Sannat Carmel Camilleri tkellem dwar kif fl-ahhar tlett snin fost l-ohrajn il-Kunsill Lokali sahhah il-provista ta’ l-ilma fil-lokal u zied id-dwal fit-toroq. Hadem ukoll fil-qasam ta’ l-immanigjar tat-traffiku waqt li hejja l-pjanti biex il-Kunsill ikollu ufficini godda u iktar accessibli.
Prezenti ghaz-zjara fil-progett tar-regional park fi Mgarr ix-Xini u ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet fis-Sannat kien hemm ukoll is-Segretarju Generali Laburista Jason Micallef, iz-zewg deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana flimkien ma’ kandidati Laburisti ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Ghawdex fil-11 ta’ Marzu u kandidati Laburisti ghat-13 – il distrett.
|