|
Wara li fl-ahhar xhur halla l-prezzijiet f’pajjizna jisplodu ‘l fuq, issa l-gvern ta’ Lawrence Gonzi qed jiftahar li ghamel ftehim ma’ numru ta’ importaturi biex il-prezzijiet suppost ma jiccaqilqux sa Marzu. Bil-fatti fil-qasam tal-prezzijiet l-gvern jinteressah biss minn dak li jista jigri sa kemm tasal l-elezzjoni generali u assolutament ma jimportah xejn minn dak li se jigri wara. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta dal-ghodu kien qieghed jindirizza attivita` socjali f’Ghawdex, organizzata mill-Kumitat Distrettwali Laburista t’Ghawdex.
Dr Sant qal li huwa minnu li l-prezzijiet taz-zejt, tac-cereali u tal-halib qed joghlew minn barra. Ghaldaqstant il-familji Maltin u Ghawdxin jistennew li f’pajjizna l-prezzijiet joghlew daqs kemm qed joghlew barra u mhux iktar. Jirrizulta izda li matul Settembru u Ottubru l-prezzijiet ta’ l-ikel u ta’ affarijiet marbuta mas-sahha f’Malta gholew bejn tlieta ghal erba darbiet iktar milli gholew fl-UE.
Wara li l-prezzijiet thallew jisplodu b’dal-mod, bil-wicc tost il-gvern hareg jghid li ghamel ftehim ma’ numru ta’ importaturi biex biex sa Marzu l-prezzijiet ma jiccaqilqux. Dan huwa ftehim li jasal sa l-elezzjoni generali u l-gvern mhux interessat dwar x’se jigri wara. Kull meta l-Partit Laburista qed juri kif l-gholi tal-hajja jista jkun imrazzan, il-gvern qed jibqa` cass ghax skond il-Prim Ministru l-gholi tal-prezzijiet gej minn barra u ma jista` jaghmel xejn. “Min qed ixahham butu minn haga bhal din?”, staqsa Dr Sant.
Il-Mexxej Laburista semma kif fi Slovenja l-ewro dahal fl-1 ta’ Jannar li ghadda u ghalkemm matul l-ewwel tlett xhur il-prezzijiet ma tantx inbidlu, wara Marzu bdew telghin ‘l fuq. Qal li f’Malta ghandna gvern li wara li halla l-prezzijiet jisplodu, ghamel ftehim biex il-prezzijiet suppost ma jiccaqilqux sa Marzu izda ma jimportahx minn x’se jigri wara. Bil-fatti ghandna gvern li ma jimportahx mill-qaghda tal-familji.
Illum iktar u iktar familji mhux ilahhqu mal-hajja. Huwa ghalhekk, sahaq Dr Sant li wahda mill-ewwel mizuri ta’ gvern Laburista gdid wara l-elezzjoni generali li jmiss tkun dik li jnaqqas is-surcharge bin-nofs biex jerga jaghti lill-familji l-flus li ghandhom bzonn biex ilahhqu ma’ l-gholi tal-hajja.
Il-Mexxej Laburista qal li n-Nazzjonalisti jistaqsu minn fejn gvern Laburista gdid se jkun qieghed igib il-flus, meta dawn huma l-istess nies li sparpaljaw Lm191 miljun iktar milli ippjanaw fuq numru ta’ progetti li dahlu ghalihom fl-ahhar ftit snin. Semma kif f’Ghawdex fuq l-ewwel parti biss tat-triq li mir-Rabat taghti ghal San Lawrenz intefqu mal-Lm1 miljun iktar milli ippjanat.
Fid-diskors tieghu l-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar ix-xoghol fuq il-pont Manwel Dimech. Qal li l-periti li qed jiccekjaw li x-xoghol isir tajjeb huma l-istess nies li taht isem iehor ghandhom kumpanija ohra mal-Ministru Jesmond Mugliett li tahtu jaqa x-xoghol fuq l-istess pont. Ix-xoghol fuq il-progett kellu jintemm sa Settembru izda sal-lum ghadu tlesta nofsu u issa hadd ma jaf ezatt meta se jkun lest ghaliex il-gvern qed isemmi Marzu li gej waqt li l-kuntrattur qed isemmi Mejju.
Dan kollu qed iwassal biex il-periti u l-kuntrattur se jithallsu iktar. “Mhux ta’ b’xejn li hemm xamma shiha ta’ korruzzjoni”, qal Dr Sant. Minn fuq il-gvern qed jibqa` jidhak bil-Maltin u bl-Ghawdxin. Issa qed jinghad li instab li l-konkos tal-pont huwa iktar iebes milli mistenni, meta fil-bidu kien intqal li dan il-pont kellu jaqa. Il-gvern qed jghid ukoll li l-pont ghandu jservi kwazi 100 sena, meta fl-istess hin toroq li kellhom iservu 25 sena, spiccaw zviluppaw fihom hsarat kbar wara biss ftit tal-gimghat. Dr Sant sahaq li wara l-elezzjoni generali li jmiss gvern Laburista gdid ikollu tolleranza zero ghall-korruzzjoni.
Il-Partit Laburista jrid jaghti bidu gdid anki lil Ghawdex. Il-Partit Laburista ghandu pjan li bih jinholoq ix-xoghol f’Ghawdex stess ghall-Ghawdxin. Ghawdex, qal Dr Sant, ghandu jkollu s-sehem tieghu tajjeb mill-1.6 miljun turisti li jibdew izuru lil pajjizna. Ghawdex ghandu bzonn lukandi u yacht marinas li joholqu x-xoghol. Ghandu bzonn fabbriki ta’ l-informtika, l-ahjar skejjel u l-ahjar sptar li jkun ukoll state of the art.
Il-Mexxej Laburista sahaq li dak li jwieghed il-Partit Laburista jwettqu. Il-Partit Laburista ghandu nies ta’ talent kbir u b’rieda qawwija li jahdmu biex jaghtu bidu gdid lil Malta u lil Ghawdex. L-attivita` kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana.
|