|
Minkejja li thabbar iktar minn hames snin u nofs ilu, l-progett
ta’ centru komunali f’Victoria f’Ghawdex ghadu sal-lum lanqas biss beda. Dan qalu dal-ghodu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta kien qieghed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet f’Victoria dwar l-elezzjoni ghall-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalita li se ssir fil-11 ta’ Marzu.
Dr Sant qal li f’Lulju 2000 wara laqgha tal-kabinett f’Ghawdex kien thabbar li kien approvat l-ewwel progett kapitali tal-gvern ghal Ghawdex. Dan il-progett kellu jikkonsisti fil-bini ta’ centru komunali fic-centru ta’ Victoria, li kellu jinkludi parkegg fuq diversi livelli, ground gdid tal-futbol, hwienet u ufficcji, it-trasferiment tal-qorti f’Ghawdex u l-monti minn fejn jinsabu llum, l-bini ta’ bus terminus gdid u l-izvilupp ta’ spazju kbir open air biex fih isiru attivitajiet, kulturali, socjali, edukattivi u religjuzi u tinda provizorja biex dan l-ispazju jintuza s-sena kollha.
Il-gvern, qal il-Mexxej Laburista, kellu johrog minnufih development brief u wara kellu jara min kien interessat jitfa l-offerti ghal dan il-progett. F’Mejju tas-sena 2000 f’laqgha li l-Ministru Giovanna Debono kellha mal-Kunsill Lokali ta’ Victoria, gharrfet lill-Kunsill li l-Ministeru taghha kien hejja development brief li gie mghoddi lill-Ministru tal-Finanzi ghall-kummenti kif ukoll lill-Kabinett.
Il-Ministru kienet wieghdet konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali dwar dan il-progett. Hija sostniet li dan il-progett kien qed jinghata prijorita’. F’artiklu f’In-Nazzjon tat-22 Lulju 2000 Giovanna Debono kienet sejjhet dan il-progett bhala wiehed ambizzjuz u li permezz tieghu l-familji Ghawdxin kien se jibdew jinqdew hafna ahjar u jirrikrejaw rwiehhom. F’Settembru 2000 Giovanna Debono habbret illi l-offerta ghall-bini tac-Centru Komunali kellha tinhareg f’nofs is-sena 2001.
Dr Sant qal li fis-17 ta’ Ottubru 2000 il-Kunsill Lokali kiteb lill-Minsitru ghal Ghawdex kif ukoll lill-Minsitru Austin Gatt u qalilhom li s-Sindku u l-Kunsilliera huma preokkupati kif sa dik il-gurnata l-Kunsill kien ghadu ma giex ikkonsultat dwar dan il-progett. F’Marzu 2004 il-Kunsill Lokali staqsa lill-Ministru f’liema fazi waslu t-thejjijiet ghall-progett tac-centru komunali izda l-Ministru ma wegbithomx.
Il-Mexxej Laburista qal li mis-sena 2000 sal-lum fuq dan is-suppost l-ewwel progett kapitali f’Ghawdex, gvernijiet Nazzjonalisti nefqu s-somma mizera ta’ Lm23,125. Fis-sena 2002 sahansitra ma intefaq xejn. Il-verita` hija li minkejja l-wieghdiet kollha li saru minn Nazzjonalisti, l-progett tac-centru komunali f’Ghawdex baqa` fuq il-karti ghaliex ma sar assolutament xejn dwaru. F’Novembru 2005, hames snin wara li thabbar, Giovanna Debono sa waslet biex qalet illi l-pjanijiet dwar il-bini ta’ dan ic-centru ghadhom qed jittejbu u t-tama taghha hija li x-xogholijiet jibdew dal-waqt.
Dr Sant qal li minbarra c-centru komunali kien hemm wieghdiet ohrajn li saru f’ Victoria u li izda ma twettqux. Kellha tinfetah triq gdida lejn l-inhawi tal-kumpless sportiv. Kellha ssir estensjoni ta’ Triq Viani. Il-bankini fi Triq Putirjal u Triq Fortunato Mizzi kellhom jinbnew mill-gdid. Kellu jsir progett ta’ embellishment fi Triq ir-Repubblika. Dawn il-wieghdiet kollha izda baqghu ma twettqux.
Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet Dr Sant tkellem ukoll dwar il-proposti li qed jaghmel il-Partit Laburista ghat-tlett snin li gejjin f’Victoria. Qal li l-Kunsilliera Laburisti se jahdmu biex is-servizz ta’ indafa jkun efficjenti f’kull rokna tar-Rabat. Il-pjazzez fic-centru ta’ Victoria, inkluz Pjazza Indipendenza, iridu jitnaddfu iktar ta’ spiss u f’hin iktar addattat. Fl-istess hin il-Kunsilliera Laburisti se jibqghu jinsistu mal-gvern biex tinstab soluzzjoni dwar l-incineratur ta’ l-isptar f’Ghawdex halli jitnaqqas it-tniggis ta’ l-arja bin-nugrufun.
Il-Kunsilliera Laburisti jahdmu bis-serjeta’ sabiex f’Victoria ikun hemm day care centre. Jaraw li jkun hemm investiment fil-librerija pubblika u jippromwovu l-kultura tal-qari specjalment fost iz-zghar permezz ta’ sessjonijiet ta’ story telling. Dr Sant qal li l-Kunsilliera Laburisti jikkoperaw ukoll mas-socjetajiet filarmonici sabiex ihegguhom jorganizzaw iktar attivitajiet kulturali.
Il-Kunsilliera Laburista fil-Kunsill Lokali li jmiss iressqu mozzjoni sabiex il-gvern centrali ma jhallix il-kumpless sportiv f’Victoria jkompli jintelaq. Il-Kunsilliera Laburisti jaghmlu wkoll pressjoni biex l-awtoritajiet centrali johorgu permess ghall-parking tal-Kattidral waqt li jisir l-embellishment ta’ Triq ir-Repubblika kollha.
Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm is-Segretarju Generali Laburista Jason Micallef, id-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana flimkien mal-kandidati Laburisti ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-lokalitajiet t’Ghawdex.
|