Qed noffru pjan ta’ zvilupp biex noholqu x-xoghol f'Ghawdex stess ghall-Ghawdxin - Dr Charles Mangion

(08-09-2007)

Il-Partit Laburista qieghed joffri pjan ta' zvilupp bil-mira ewlenija li jinholqu l-opportunitajiet tax-xoghol f'Ghawdex stess ghall-Ghawdxin. Minn naha l-ohra l-gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi dahak bl-Ghawdxin ghaliex ma wettaqx dak li wieghdhom. Dan qalu l-Agent Mexxej Laburista Dr Charles Mangion waqt sensiela ta' zjarat fuq numru ta' progetti f'Ghawdex li fi kliemu jikkonfermaw kemm l-aspirazzjonijiet tal-familji Ghawdxin illum mhumiex jinghataw attenzjoni.

Il-moll ta' l-Imgarr

L-ewwel progett li zar l-Agent Mexxej Laburista kien dak tal-moll ta' l-Imgarr. Dr Mangion qal li dal-progett huwa xempju ta' l-inkompetenza u ta' l-ingann Nazzjonalista. Il-Ministru Censu Galea kien wieghed li kien se jitlesta sa nofs l-2003. Iktar minn erba snin wara izda ghadu ma tlestix. Wara li sar Prim Ministru, Lawrence Gonzi fl-2004 wieghed li l-progett kien se jitlesta fl-2005, waqt li fl-2005 wieghed illi kien se jitlesta sa l-2006. Bil-fatti l-Prim Minisru dahak bl-Ghawdxin ghal darba darbtejn.

L-Agent Mexxej Laburista semma wkoll kif bejn l-2003 u s-sena l-ohra intefqu Lm455,000 f'konsulenzi fuq il-progett tal-mollijiet, u zied illi kieku l-progett tlesta sa nofs l-2003, kieku l-pajjiz ma kienx jidhol ghal din l-ispiza. Fakkar ukoll kif fl-istess hin l-ispiza shiha fuq dan il-progett sa issa splodit minn Lm8 miljun ghal Lm15 – il miljun.

Triq Ghajnsielem

It-tieni progett li zar Dr Mangion kien dak ta' Triq Ghajnsielem. Qal li din it-triq hija ezempju iehor ta' l-inkompetenza tal-gvern ta' Dr Gonzi. Hafna mix-xoghol fuqha sar fil-gimghat tas-sajf u ghalhekk inholqu inkonvenjenzi u tahwid kbir. Fl-istess hin il-gvern la zamm mal-weghdiet dwar meta kellu jitlesta x-xoghol u lanqas dwar kemm kellu jigi jiswa.

L-Agent Mexxej Laburista qal li l-gvern wieghed li x-xoghol fuq Triq Ghajnsielem kellu jkun lest l-ewwel sa tmiem l-2006 imbaghad sa Marzu 2007 u fuq billboard kien intqal li kien se jitlesta sa Lulju 2007 izda sal-lum din it-triq ghadha mhiex lesta ghal kollox. Ghal dik li hija spiza inghataw tlett cifri differenti - Lm1.6 miljun, Lm1.2 miljun u Lm2 miljun.

Il-helikopter

Mit-Triq t'Ghajnsielem, Dr Mangion mar quddiem il-heliport. Qal li fl-ahhar tlett snin Ghawdex ghamel 15 – il xahar shah bla servizz tal-helikopter. Fl-ahhar ta' Ottubru 2004 il-gvern kien waqqaf is-servizz tal-helikopter ghal hames xhur, biex wara li kien iffirmat ftehim ma' kumpanija Spanjola, kien rega beda jopera f'Marzu 2005. Dak in-nhar Lawrence Gonzi kien qal li s-servizz tal-kumpanija Spanjola kien holqa ohra f'katina ta' successi ghall-gvern immexxi minnu.

F'Novembru tas-sena l-ohra izda l-iSpanjoli telqu u l-helikopter sparixxa. Ghalhekk, qal l-Agent Mexxej Laburista, Ghawdex issa ilu 10 xhur shah bla servizz tal-helikopter. Il-gvern webbes rasu u ma laqax proposta li saritlu xhur shah ilu mill-Partit Laburista biex jibda jissusidja s-servizz tal-helikopter, minkejja li f'Ghawdex jezistu problemi serji ta' nuqqas ta' opportunitajiet ta' xoghol, tant li n-nies jirregistraw ghal xoghol b'Lawrence Gonzi bhala Prim Ministru kien dejjem ta' iktar minn 600 u kien hemm 14 – il xahar fejn anki qabez is-700. Dan minkejja li l-istess Prim Ministru kien wieghed hafna progetti li permezz taghhom kienu se jinholqu hafna postijiet tax-xoghol f'Ghawdex.

L-impjant ghat-trattament tad-drenagg

L-ahhar progett li zar l-Agent Mexxej Laburista kien dak l-impjant ghat-trattament tad-drenagg f'Ghawdex. Dr Mangion qal li skond il-Ministri Ninu Zammit, Austin Gatt u Giovanna Debono, x-xoghol fuq l-impjant kellu jkun lest sa l-2005, sa l-2006, sal-bidu ta' l-2007, sa nofs l-2007 u sa nofs ix-xahar li ghadda, izda ghadu mhux lest. Ghal dik li hija spiza inghataw tlett verzjonijiet differenti mill-istess tlett Ministri – Lm3.6 miljuni, Lm2.6 miljuni u Lm3.2 miljuni. Dan kollu ma jibghat ebda sinjal ta' kontabilita, trasparenza u efficjenza.

Il-Partit Laburista talab li ssir inkjesta Magisterjali dwar il-varjazzjonijiet fl-ispejjez fuq dan l-impjant. Ma dan kollu l-gvern mhux biss ma laqax din it-talba izda fi hdan il-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici tal-Parlament, il-maggoranza Nazzjonalista ma accettatx lanqas li issir investigazzjoni mill-Awditur Generali. Il-PN mhux biss baghat sinjal qawwi ta' sfiducja fl-Awditur, izda baghat ukoll sinjal li jrid idawwar il-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici f'cirku ta' politika partigjana, qal l-Agent Mexxej Laburista.

Il-proposti Laburisti ghal Ghawdex

L-ahhar waqfa ta' Dr Mangion kienet quddiem il-Ministeru ghal Ghawdex fejn tkellem dwar il-proposti Laburisti ghal Ghawdex. Gvern Laburista gdid iwaqqaf Kunsill Regjonali ghal Ghawdex li jkun responsabbli mit-tfassil ta' pjan ta' zvilupp ekonomiku u socjali. Il-Ministeru ghal Ghawdex jinghata l-funzjoni tal-fergha ezekuttiva tal-Kunsill Regjonali biex iwettaq dan il-pjan.

Jinholoq statut fiskali u finanzjarju bil-ghan li jigbed l-investiment u x-xoghol fl-oqsma tat-turizmu, tal-manifattura, tal-artiġjanat, tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-ipproċessar ta' prodotti agrikoli u tas-sajd. L-istatut ikun jahseb ukoll f'incentivi ghall-għarajjes, miżżewġin u familji b'genitur wiehed għax-xiri ta' l-ewwel residenza tagħhom.

Dr Mangion qal li bi gvern Laburista gdid, f'Ghawdex fost l-ohrajn jinghata sussidju lis-servizz tal-helikopter, ikun identifikat sit għal bini ta' qasam residenzjali għal akkomodazzjoni soċjali, ikun rijabilitat il-qasam industrijali tax-Xewkija, tkun allokata art għal industriji żgħar, tinbena yacht marina, jitkabbru x-xtajtiet ramlin f'Marsalforn u x-Xlendi, tinbena golf course u f'ta' Xħajma jinholoq centru ta' rikrejazzjoni u sport.

Gvern Laburista gdid izomm kelmtu ma' l-Ghawdxin u jwettaq dak li qed iwieghed. Dr Mangion qal li l-Partit Laburista jemmen li Ghawdex ghandu potenzjal kbir ghal zviluppi ekonomici u socjali li jwasslu ghal titjib fil-kwalita tal-hajja tal-familji Ghawdxin. Ghawdex ukoll ghandu bzonn tmexxija serja ta' gvern Laburista gdid li se jahdem bi pjan biex igib il-bidla.

Prezenti ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet kien hemm id-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana, kandidati Laburisti Ghawdxin u ufficjali tal-Partit Laburista f'Ghawdex.

© 2008 - Justyne Caruana