|
Matul is-sena d-diehla l-Partit Laburista se jkun qieghed
ihejji pjan ta’ politika ghaz-zghazagh. Dan habbru l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt laqgha ta’ diskussjoni dal-ghodu maz-zghazagh waqt l-attivita` F’Ta’ Qali mal-familji li l-Partit Laburista qed jorganizza llum is-Sibt u ghada l-Hadd bhala parti mill-programm tieghu ghal Jum il-Haddiem.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista jemmen li hemm bzonn ta’ pjan anki ghall-qasam taz-zghazagh, pjan li jwassal biex jittiehdu mizuri li jaghmlu sens ghac-cirkostanzi tal-lum fl-iskejjel u fil-postijiet tax-xoghol. Il-Partit Laburista jemmen li dan il-pjan ghandu jsir ghaliex illum ma hemmx wiehed. Fl-edukazzjoni ma hux ikun hemm bizejjed investiment adattat ghac-cirkostanzi tal-lum. Fil-qasam tax-xoghol ma hux ikun hemm bizejjed opportunitajiet ta’ xoghol, fil-qasam tad-divertiment hemm sfruttament oxxen waqt li fil-qasam ta’ l-akkomodazzjoni iz-zghazagh qed isibu pizijiet kbar.
Il-Mexxej Laburista qal li c-cifri juru li fil-qasam tax-xoghol u fl-edukazzjoni, pajjizna qed jaqa lura u dan qed jaffetwa bil-kbir il-kwalita` tal-hajja taz-zghazagh taghna. L-illiterizmu ghandu gholi wisq b’zghazagh johorgu mill-iskola ma jafux jiktbu u jaqraw u bla snajja biex isibu posthom fid-dinja tax-xoghol. Zghazagh ohra wara snin shah fl-Universita mhux isibu xoghol fuq il-bazi tat-taghlim li jkunu hadu. Ghalhekk jinhtieg hidma kbira biex ikun hemm titjib fil-kwalita` tal-hajja taz-zghazgah.
Quddiem dan kollu l-Partit Laburista lest jisma liz-zghazagh kollha ta’ rieda tajba irrilevanti mill-kulur politiku taghhom jew mill-post tax-xoghol fejn jahdmu biex jisma l-proposti taghhom u lest li jdahhal dawn il-proposti fil-pjan tieghu ghaz-zghazgah. Il-Partit Laburista jixtieq li kemm jista jkun iz-zghazagh jippartecipaw fil-hidma li trid issir biex ikunu huma li jifhmu c-cirkostanzi u jaghrblu l-ahjar toroq ghalihom. L-impenn tal-Partit Laburista huwa dak li jkollu mieghu iktar zghazgah biex meta jigi biex ifassal u jwettaq proposti ghalihom, ikun tabilhaqq effettiv.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista huwa konxju li hafna zghazgah ma jhossux li l-hidma politika hija daqstant interessanti, izda l-ghan ta’ kull hidma politika ghandha tkun fost l-ohrajn dik li thalli impatt pozittiv fuq il-hajja taz-zghazagh kollha. Ghalhekk il-Partit Laburista jappella liz-zghazagh biex jaghtuh l-appogg mhux biss bil-vot taghhom izda bis-sehem taghhom fil-hidma tal-istess Partit, u fejn jaraw li l-affarijiet ma jkunux daqstant interessanti, jaghtu l-ideat taghhom biex il-hidma titjib.
Il-Partit Laburista qed jibghat sinjal car li qieghed hemm biex jaghmel pjan ghall-pajjiz li jwassal ghal bidu gdid bil-ghan li fejn hemm l-istagnar, tinholoq it-tama, mhux l-inqas ghaz-zghazagh fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xoghol u anki ghal dawk iz-zghazagh li m’ghandhomx xoghol, temm jghid Dr Sant.
Il-laqgha ta’ dal-ghodu kienet indirizzata wkoll mid-deputati Mexxeja Laburisti Dr Charles Mangion u Dr Michael Falzon. Dr Mangion tkellem dwar ir-regolaturi u qal li dawn ma huma jaghmlu xejn biex iharsu l-interessi fost l-ohrajn taz-zghazagh u spiccaw qieghdin hemm biss fuq il-karta. Illum pajjizna ghandu rata gholja hafna ta’ gholi tal-hajja u minkejja r-regolaturi li jezistu l-gvern issa spicca jitkellem dwar il-price orders meta sa ftit tas-snin ilu tghidx kemm kien jitkaza bihom.
Dr Michael Falzon minn tieghu qal li wara l-hafna weghdiet li saru qabel l-ahhar elezzjoni generali dwar ix-xoghol, illum jezistu problemi kbar f’dal-qasam ghaliex mhux jinholqu opportunitajiet ta’ xoghol u x-xoghol li jezisti qed jintilef, waqt li qed ikun hemm tnaqqir fil-kundizzjonijiet tax-xoghol. Hafna haddiema qed ikunu sfurzati jaccettaw kundizzjonijiet inferjuri ta’ xoghol ghaliex l-ghazla l-ohra hija li jibqghu bla xoghol.
Il-laqgha kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Carmelo Abela u Dr Justyne Caruana.
|