![]() |
||||
|
Pixxina
gewwa Ghawdex |
||||
|
Bhala Partit Laburista nemmnu li l-isports ghandu rwol importanti fis-socjeta` taghna, specjalment fejn jidhlu z-zghazagh. Il-loghob tal-pajjizi z-zghar kienu ta' sodisfazzjon kbir ghall-pajjizna. Kien rizultat li jistimula u jaghmel kuragg ghall-hidma ikbar sabiex inkomplu nghollu l-livell u ngibu iktar medalji ghall-pajjizna. Issa li l-loghob tal-pajjizi z-zghar ghaddew, irridu nharsu l-quddiem. Fil-fatt it-tappa li jmiss hija Barcellona fejn ser isiru l-kampjonati ta' l-ghum li ghalihom ser jippartecipaw tlett ghawwiema Maltin Angela Galea, Roberta Callus u Noel Agius - tlett atleti li rebhu diversi medalji. Bhala partit nemmnu li ghandu jitrawwam is-sehem tan-nisa fl-isports u zewg atleti nisa minn tlett huwa pass konkret lejn din id-direzzjoni. Filwaqt li niehdu l-opportunita` sbiex nawguraw success lill-atleti taghna f'dan il-kamjonat, nkomplu nheggu hidma da parti ta' l-awtoritajiet sabiex l-atleti taghna jkollhom kull ghajnuna possibbli. Nemmnu li l-items fuq il-programm elettorali u l-agenda li kellu l-partit Nazzjonalista u li gew imwieghda ghall-iskop ta' elezzjoni, issa li ghaddiet l-elezzjoni, ghandhom jigu mwettqa. Fil-kuntest ta' l-ghum, nirreferu ghall-wieghda tal-pixxina gewwa Ghawdex, biex l-Ghawdxin kollhom facilita` bhal ma ghandhom il-Maltin biex ikunu jistghu jipprattikaw l-isports konnessi ma l-ghum tul is-sena kollha. Minn domandi parlamentari li saru jirrizulta li ghalkemm hemm il-hsieb li din il-pixxina ssir, apparentement ghadu kmieni wisq biex jinghataw dettalji bhal lokalita`, daqs u facilitajiet ohra konnessi - dettalji li suppost jigu mahsuba minn hafna qabel. Fil-fehma tal-Partit Laburista dan ma jawgurax tajjeb li ser jitwettqu l-wieghdi elettorali li saru qabel l-elezzjoni. Issa li ghadda kollox l-affarijiet jidhru li qed jittiehdu b'certa leggerezza. Ahna bhala opposizzjoni laburista kostruttiva nhossuna fid-dover li nigbdu l-attenzjoni tal-Gvern dwar il-bzonnijiet ta' l-atleti u ta' dawk kollha li huma nvolti fix-xena sportiva ta' pajjizna. L-isports ma ghandux ikollu kuluri. Awguri mill-qalb lil Angela, Roberta u Neil
|
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|